Left arrow Mur Lura

BIDLA FIL-MOD KIF TINĠABAR L-ISTATISTIKA GĦAS-SETTUR TURISTIKU

PR1315
Date Icon 21/08/2004

IS-SIBT: 21 TAAWISSU 2004

NO. 1315

Bidlafil-mod kif tinġabar l-istatistika għas-settur turistiku

Meta kien qed jindirizzalill-parteċipanti li ħadu sehem fil-Malta Open Chess Tournament, il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li kompetizzjonijietta’ logħob bħal dak taċ-chess huma popolari ħafna f’pajjiżna u anke ta’attrazzjoni għat-turisti li jżuruna.

Francis Zammit Dimech qal lidin il-kompetizzjoni issa ilha tiġi organizzata kull sena għal dawn l-aħħar 23sena u nżammet għall-ewwel 5 snin fil-LaVictoria Band Club il-Mellieħa u wara bdiet tiġi organizzata f’lukandifil-Mellieħa u fl-inħawi. Hu qal li kompetizzjonijiet bħal dawn kienu jiġbdulejhom viżitaturi li jkunu jqattgħu l-vaganzi tagħhom f’pajjiżna u anke minndan il-lat għandhom ikunu nkorraġiti.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li konna f’nofs l-istaġun turistiku u minkejja l-ħafna kitba li qedissir dwar kriżi f’dan il-qasam, ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali ta’l-Istatistika juru li f’Mejju u Ġunju kien hemm żieda ta’ 0.3 fil-mijafin-numru tat-turisti li żaru Malta bi prospetti tajba għal Lulju u Awissu. Huqal li ċifri maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta juru li dawk liħallew Malta kienu  158,814,  żieda ta’ 31,688 jew 4.5 fil-mija.

Ta’ min wiehed ifakkar illifilwaqt li qabel iċ-ċifri għat-turiżmu kienu jinġabru permezz ta’ head-count,illum iċ-ċifri qed jinġabru permezz ta’ stħarriġ, jew permezz ta’ intervisti lijsiru ma’ numru ristrett ta’ turisti. Hu qal li dan it-tip ta’ ġbir ta’statistika qed isir sew fejn ghandu x’jaqsam ma’ numru, kif ukoll fejnjirrigwarda flus li l-pajjiż idaħħal mis-settur turistiku. Hu qal li dinid-differenza fis-sistema tal-ġbir ta’ l-istatistika tispjega anke partimid-differenza fiċ-ċifri tat-turisti li jħallu pajjiżna kif miġbura mill-MIAu  kif miġbura mill-Ufficju Nazzjonalita’ l-Istatistika.

…/…

Francis Zammit Dimech qal lihu dejjem saħaq li l-previżjonijiet kienu li n-numru ta’ turisti li jżuru Maltakien se jiżdied lejn l-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena. Hu qal li ċ-ċifrijuru li t-turiżmu beda jirpilja u min jgħid il-kuntrarju qiegħed iqarraq ujagħmel ħsara lis-settur.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li mit-turiżmu jiekol il-poplu Malti kollu u għalhekk jagħmel ħażinmin jimmina dan is-settur. Hu qal li l-Gvern kien qed jagħmel ħiltu biexisaħħaħ dan is-settur. Dan hu konfermat minn ċifri mogħtija mill-World Travel and Tourism Council li juruli l-Gvern Malti jonfoq għas-settur turistiku u vvjaġġar id-doppju tal-medja fl-UnjoniEwropea u l-aktar fost il-10 pajjiżi membri ġodda ta’ l-istess UE. Kien hemmukoll kumitat inter-ministerjali mmexxi minnu, fejn kienu jiġu ttrattatimaterji li jolqtu s-settur turistiku u fejn kienu jittieħdu d-deċiżjonijietmeħtieġa dwarhom.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura appella lil kulħadd biex jagħmel ħiltu ħalli nsaħħu l-qasam turistikubilli nittrattaw lit-turist bl-akbar b’rispett u mhux ikun  hemm min irid jagħmel il-flus malajr. Hu qalli l-aqwa reklam għal pajjiżna hu mit-turist li jżur pajjiżna għal aktar minndarba u jmur lura jiftaħar kemm ġie ttrattat tajjeb. Hu qal li rridu naħdmubiex inkattru n-numru ta’ dawn it-turisti għaliex dawn huma l-aqwa indikaturtat-tisħiħ ta’ dan is-settur hekk importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

DOI - 20.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow