REĠISTRAZJONI TA’ PROVVISTI PRIVATI TA’ ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
Nru. 1310
REĠISTRAZJONI TA’ PROVVISTI PRIVATI TA’ ILMA MAĦSUBGĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika javża li wara li saretil-permutazzjoni tad-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea 98/83/EC dwar il-kwalita’ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem b’Avviż Legali 23 ta’ 2004 u ammendatb’A.L. 116 ta’ 2004, kull provvista privata ta’ ilma maħsub għall-konsummill-bniedem għandha tkun konformi mal-provvedimenti ta’ dawnir-regolamenti. Għalhekk għandhom jiġureġistrati ma’ l-Awtorita’ tas-Saħħa skond il-provedimenti taħt A.L. 357 ta’2004.
Ir-reġistrazzjoni għandha ssir bil-miktub fuq il-formolapreskitta li tinkiseb mingħand l-Awtorita’ tas-Saħħa u l-għandha tiġi mimlija uppreżentata fl-uffiċċju indikat kif imiss (Taqsima tas-Saħħa Ambjentali, ĊentruĊiviku, Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar ŻBR 02). Kopja ta’ din il-formola tista’ ukoll tiġi mniżżla mill-Web pagewww.health.gov.mt/dph/ehuhome.htm.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkontattjalit-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru 21803222 jew b’ e-mail lill-environmental.health@gov.mt
DOI 20.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en