GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI
IL-ĠIMGĦA, 20 TA’ AWISSU 2004
Nru. 1308
GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI
Il-Ministru ta’l-Edukazzjoni, Louis Galea, irid jiċċara l-kontroversja li qed tinbet fil-mediafejn qed jissemmew l-‘istipendji’.
Id-dokumenttal-Kumitat dwar il-Kompetittivita` Nazzjonali imwaqqaf mill-Kunsill Malti għall-IżviluppSoċjali u Ekonomiku, l-MCESD, u mmexxi mill-ekonomista Gordon Cordina, mhuwiexdokument dwar l-istipendji. Lanqas huwadokument li f’dan l-istadju jirrapreżenta xi policy ġdida jew pożizzjonital-Gvern dwar is-sistema attwali ta’ Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.
Il-fatti huma lil-MCESD, il-post fejn jiltaqgħu l-partijiet soċjali – Gvern, Unions u Min Iħaddem,fuq inizjattiva tiegħu, waqqaf numru ta’ Gruppi ta’ Xogħol (Working Groups)biex ifasslu numru ta’ dokumenti (discussion papers) bl-iskop lil-Kunsill ikun jista` jagħmel analiżi u diskussjoni informata dwarkwestjonijiet ewlenin li jolqtu l-pajjiż.
Kwestjoniewlenija hija l-kompettitivita` ta’ l-ekonomija Maltija. Din, u mhux tibdil fl-‘istipendji’, hijal-mira ewlenija tal-paper ta’ dan il-WorkingGroup ta’ l-MCESD. Huwa ċar li tisħiħtal-kompettitivita` jinħtieġ titjib fil-kwalita` ta’l-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja biex tkompli tassigura ħaddiemakwalifikati fl-oqsma kollha ta’ l-ekonomija.
Il-Ministru LouisGalea jfakkar li l-kwestjoni sħiħa tal-finanzjament tas-sistema edukattivapost-sekondarja, vokazzjonali u terzjarja (u mhux biss is-sistema ta’‘l-istipendji’) qed tiġi eżaminata b’mod komprensiv minn Working Groupmaħtur minnu erba` xhur ilu u li hu mmexxi mis-Sur Roderick Chalmers. Il-fokus ta’ dan il-grupp hu differenti minndak tal-grupp tal-MCESD.
…/…
F’dan il-każil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, bi proċess ta’ riċerka u konsultazzjoni wiesgħaminn qabel, qed jaġġorna l-fatti, jipprepara l-analiżi, isegwi l-iżvilupp ta’l-ekonomija fid-dinja tal-lum, jara x’qed jiġri f’pajjiżi oħra, u b’modoġġettiv u kritiku jippreżenta xenarji differenti dwar manjeri differenti ta’kif jista` jsir il-finanzjament tas-sistema b’mod li din tkun vijabbli,b’garanzija ta’ kwalita` u rikonoxximent, u fuq bażi ta’ sostenibilita`fit-tul.
Meta danir-rapport ikun lest il-Ministeru ser jgħaddi għat-tieni fażi ta’konsultazzjoni biex jiġu diskussi bil-miftuħ l-għazliet differenti u biexb’responsabbilita` u kemm jista` jkun bl-usa konsensus issir l-għażla ta’l-akbar ġid għal pajjiżna. Dan il-Working Group jilqa’ kull tip ta’proposta u suġġeriment peress li dan jagħtina aktar spjegazzjoni ċara dwar kifdan is-settur tant importanti jolqot diversi oqsma ekonomiċi u soċjali f’Malta.
Minn dan, diġa` għandujibda jidher ċar, għal dawk li jridu jaraw, li m’hemm xejn stramb, u li mhuxejn il-kaz ta’ l-id il-leminija ma tafx x’qed tagħmel l-id ix-xellugija, jewli qed jitħejjew xi żewġ rapporti fl-istess qasam minn inħawi differentital-Gvern. Opinjonijiet differenti, ankekontrastanti, li joħorgu minn Working Groups differenti jistgħu jitfgħudawl usa u għażla ta’ soluzzjonijiet alternattivi dwar l-istess materja. Id-deċiżjonijiet aħħarija jittieħdumill-Gvern wara konsultazzjonijiet finali ma’ l-‘istakeholders’ fl-aħjarinteress tal-pajjiż u tas-sezzjoni konċernata tal-poplu.
Il-Ministru Galeajsostni li hu żball li l-proċess jiġi preġudikat u żvijat b’konkluzjonijiet blabażi u prematuri. Hu fl-interess ta’ kulħaddli l-proċess ikompli jimxi bl-akbar għaqal uoġġettivita` biex flimkien nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet ispirati biss mill-ġidkomuni.
DOI 20.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en