Left arrow Go Back

GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI

PR1308
Date Icon 20/08/2004

IL-ĠIMGĦA, 20 TA’ AWISSU 2004

Nru. 1308

GĦOTJIET TA’ MANTENIMENT LILL-ISTUDENTI

Il-Ministru ta’l-Edukazzjoni, Louis Galea, irid jiċċara l-kontroversja li qed tinbet fil-mediafejn qed jissemmew l-‘istipendji’.

Id-dokumenttal-Kumitat dwar il-Kompetittivita` Nazzjonali imwaqqaf mill-Kunsill Malti għall-IżviluppSoċjali u Ekonomiku, l-MCESD, u mmexxi mill-ekonomista Gordon Cordina, mhuwiexdokument dwar l-istipendji.  Lanqas huwadokument li f’dan l-istadju jirrapreżenta xi policy ġdida jew pożizzjonital-Gvern dwar is-sistema attwali ta’ Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.

Il-fatti huma lil-MCESD, il-post fejn jiltaqgħu l-partijiet soċjali – Gvern, Unions u Min Iħaddem,fuq inizjattiva tiegħu, waqqaf numru ta’ Gruppi ta’ Xogħol (Working Groups)biex ifasslu numru ta’ dokumenti (discussion papers) bl-iskop lil-Kunsill ikun jista` jagħmel analiżi u diskussjoni informata dwarkwestjonijiet ewlenin li jolqtu l-pajjiż.

Kwestjoniewlenija hija l-kompettitivita` ta’ l-ekonomija Maltija.  Din, u mhux tibdil fl-‘istipendji’, hijal-mira ewlenija tal-paper ta’ dan il-WorkingGroup ta’ l-MCESD.  Huwa ċar li tisħiħtal-kompettitivita` jinħtieġ titjib fil-kwalita` ta’l-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja biex tkompli tassigura ħaddiemakwalifikati fl-oqsma kollha ta’ l-ekonomija.

Il-Ministru LouisGalea jfakkar li l-kwestjoni sħiħa tal-finanzjament tas-sistema edukattivapost-sekondarja, vokazzjonali u terzjarja (u mhux biss is-sistema ta’‘l-istipendji’) qed tiġi eżaminata b’mod komprensiv minn Working Groupmaħtur minnu erba` xhur ilu u li hu mmexxi mis-Sur Roderick Chalmers.  Il-fokus ta’ dan il-grupp hu differenti minndak tal-grupp tal-MCESD. 

…/…

F’dan il-każil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, bi proċess ta’ riċerka u konsultazzjoni wiesgħaminn qabel, qed jaġġorna l-fatti, jipprepara l-analiżi, isegwi l-iżvilupp ta’l-ekonomija fid-dinja tal-lum, jara x’qed jiġri f’pajjiżi oħra, u b’modoġġettiv u kritiku jippreżenta xenarji differenti dwar manjeri differenti ta’kif jista` jsir il-finanzjament tas-sistema b’mod li din tkun vijabbli,b’garanzija ta’ kwalita` u rikonoxximent, u fuq bażi ta’ sostenibilita`fit-tul.

Meta danir-rapport ikun lest il-Ministeru ser jgħaddi għat-tieni fażi ta’konsultazzjoni biex jiġu diskussi bil-miftuħ l-għazliet differenti u biexb’responsabbilita` u kemm jista` jkun bl-usa konsensus issir l-għażla ta’l-akbar ġid għal pajjiżna. Dan il-Working Group jilqa’ kull tip ta’proposta u suġġeriment peress li dan jagħtina aktar spjegazzjoni ċara dwar kifdan is-settur tant importanti jolqot diversi oqsma ekonomiċi u soċjali f’Malta.

Minn dan, diġa` għandujibda jidher ċar, għal dawk li jridu jaraw, li m’hemm xejn stramb, u li mhuxejn il-kaz ta’ l-id il-leminija ma tafx x’qed tagħmel l-id ix-xellugija, jewli qed jitħejjew xi żewġ rapporti fl-istess qasam minn inħawi differentital-Gvern.  Opinjonijiet differenti, ankekontrastanti, li joħorgu minn Working Groups differenti jistgħu jitfgħudawl usa u għażla ta’ soluzzjonijiet alternattivi dwar l-istess materja.  Id-deċiżjonijiet aħħarija jittieħdumill-Gvern wara konsultazzjonijiet finali ma’ l-‘istakeholders’ fl-aħjarinteress tal-pajjiż u tas-sezzjoni konċernata tal-poplu.

Il-Ministru Galeajsostni li hu żball li l-proċess jiġi preġudikat u żvijat b’konkluzjonijiet blabażi u prematuri.  Hu fl-interess ta’ kulħaddli l-proċess ikompli jimxi bl-akbar għaqal uoġġettivita` biex flimkien nieħdu l-aħjar deċiżjonijiet ispirati biss mill-ġidkomuni.

DOI  20.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow