Left arrow Mur Lura

XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’ŻONI INDUSTRIJALI

PR1307
Date Icon 19/08/2004

IL-ħAMIS:19 T’AWISSU, 2004

NO. 1307

xogħolinfrastrutturali f’Żoni Industrijali

Fi ftittal-jiem oħra ser jingħata bidu fuq il-proġett infrastrutturali fiż-żoniindustrijali ta’ l-Imrieħel u tal-Mosta.

Wara li sar ix-xogħol amministrattiv, ġew ippreparati t-tenders, saret is-sejħa għall-offerti, ul-kuntratturi tefgħu l-offerta tagħhom; issa d-Dipartiment tal-Kuntratti,b’koordinazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll ma’ l-Awtorita’ dwarit-Trasport (ADT), ħareġ il-letter ofacceptance lil erba’ kuntratturi li ser ikunu responsabblimix-xogħlijiet.  Somma totali ta’ ’l fuqminn miljun lira Maltin ittieħdet mill-vot allokat, fuq firxa ta’ snin,lis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed.

Dawn id-dettalji ngħataw mis-Segretarju Parlamentari responsabbligħan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vsssallo, waqt li kien qiegħed jitkellem ma’ numru ta’ niesli ghandhom negozju f’dawn iż-żoni.

Dan huwa proġett infrastrutturali ieħor li qed isir fuq inizjattivatas-Segretarjat għan-Negozji ż-Żgħar u s-SelfEmployed, bħala parti minn katina ta’ xogħlijiet oħra f’żoni industrijalili ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ diretta ta’ l-ex-MDC (illum magħrufaaħjar bħala l-Malta Enterprise).  F’dawn iż-Żoni Industrijali nsibu numrukonsiderevoli ta’ negozji (business), li jaqilgħu l-għixien tagħhom minn dawnl-istess żoni.  Dan huwa proġett fermmeħtieġ għas-sidien tan-negozji li jaħdmu fl-Imrieħel u l-Mosta, u proġettisimili diġa’ saru fiż-żoni tal-Ħandaq, iż-Żebbuġ, u f’parti ohra ta’l-Imrieħel, f’dawn l-aħħar snin.

B’kollox ser ikun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni mill-ġdid ta’ 19-ilTriq, f’dawn iż-żewg Żoni Industrijali. Dan ix-xogħol jinkludi tqegħid ta’ serviceculvert li ser ikun qiegħed jilqa’ fih is-servizzi essenzjali, bħalma humas-servizz ta’ l-ilma, telefon u d-dawl. Ser tissolva darba għal dejjem il-problema tad-dranaġġ, billi jsirukomunikazzjonijiet ġodda għal mal-pompa li nbniet f’dawn l-aħħar xhur fiż-żonaindustrijali tal-Mosta.  Ser isirusistemi ta’ culverts oħragħall-ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita, kif ukoll, wara li ssir il-kostruzzjonimill-ġdid tat-toroq bil-livelli kif suppost, jingħataw  ’l fuq minn 35,000 metru kwadru ta’ tarmac.

Fiż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel magħrufa bħala ż-żona “tad-Dakkara”,ser ikunu qed isiru sitt toroq, li jinkludu: Triq l-Industrija, Triqil-Kummerċ, Triq il-Ħaddieda, Triq is-Snajja’, Triq il-Bankiera, u TriqConcetta Borg Calleja.  Filwaqt lifl-Imrieħel stess, fiż-żona magħrufa bħala ta’ “San Ġwakkin” ser ikunu qed isiruTriq is-Salib u Triq il-Għajn.

Fiż-żona industrijali tal-Mosta magħrufa bħala ż-żona “tal-Qares”, serikunu qed isiru għaxar toroq li jinkludu: Triq Sir Arthur Borton, Triq in-Naġġar, Triq il-Ballut, Triq Żnuber,Triq il-Kappar, Triq l-Għargħar, Triq il-Parsott, Triq Mikiel Muscat, TriqFilippu Apap Bologna u parti minn Triq il-Fortizza.  Filwaqt li ser tkun qed issir ukoll triq,fejn insibu numru ieħor ta’ negozji żgħar, fż-żona magħrufa bħala“tas-Sriedek”.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li issa li l-letter of acceptance ġiet pubblikata,imiss li l-kuntratturi kkonċernati jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom għand l-ADTbiex b’hekk fil-jiem li ġejjin ikunu jistgħu jiġbru l-permessi kollha meħtieġaminngħand id-diversi Dipartimenti biex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu fuqis-sit.  Dawn il-permessi huma fermessenzjali sabiex il-ħidma mad-diversi Dipartimenti li jipprovdu s-servizziessenzjali tkun ikkoordinata sew u jiġu evitati inċidenti bla bżonn.

Dan il-proċess m’għandux għalfejn jieħu ħafna żmien, u fil-fatt huwamistenni li sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar, il-kuntratturi jimmobilizzaw l-inġenjitagħhom għal fuq iż-żewġ siti, sabiex jinbeda x-xogħol fuq it-tħaffirtat-trinek.

B’hekk, malli jitlesta x-xogħol fuq dawn iż-żewġ żoni industrijali, wieħedikun jista’ jgħid li ser tkun twettqet b’mod komplet, wegħda oħra li l-Gvernkien għamel ma’ l-elettorat.  Dan għaliexbil-ħidma kontinwa tas-Segretarjat responsabbli għan-Negozji ż-Żgħar u s-Self Employed, ser tkun ingħatatl-attenzjoni kollha hekk kif kien imwiegħed, u sar ix-xogħol infrastrutturalili kien hemm meħtieġ isir fil-ħames żoni industrijali kollha li ma jaqgħux taħtir-responsabilita’ diretta tal-MaltaEnterprise.

DOI – 19.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow