XOGĦOL INFRASTRUTTURALI F’ŻONI INDUSTRIJALI
IL-ħAMIS:19 T’AWISSU, 2004
NO. 1307
xogħolinfrastrutturali f’Żoni Industrijali
Fi ftittal-jiem oħra ser jingħata bidu fuq il-proġett infrastrutturali fiż-żoniindustrijali ta’ l-Imrieħel u tal-Mosta.
Wara li sar ix-xogħol amministrattiv, ġew ippreparati t-tenders, saret is-sejħa għall-offerti, ul-kuntratturi tefgħu l-offerta tagħhom; issa d-Dipartiment tal-Kuntratti,b’koordinazzjoni mal-Ministeru tal-Finanzi, kif ukoll ma’ l-Awtorita’ dwarit-Trasport (ADT), ħareġ il-letter ofacceptance lil erba’ kuntratturi li ser ikunu responsabblimix-xogħlijiet. Somma totali ta’ ’l fuqminn miljun lira Maltin ittieħdet mill-vot allokat, fuq firxa ta’ snin,lis-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed.
Dawn id-dettalji ngħataw mis-Segretarju Parlamentari responsabbligħan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vsssallo, waqt li kien qiegħed jitkellem ma’ numru ta’ niesli ghandhom negozju f’dawn iż-żoni.
Dan huwa proġett infrastrutturali ieħor li qed isir fuq inizjattivatas-Segretarjat għan-Negozji ż-Żgħar u s-SelfEmployed, bħala parti minn katina ta’ xogħlijiet oħra f’żoni industrijalili ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ diretta ta’ l-ex-MDC (illum magħrufaaħjar bħala l-Malta Enterprise). F’dawn iż-Żoni Industrijali nsibu numrukonsiderevoli ta’ negozji (business), li jaqilgħu l-għixien tagħhom minn dawnl-istess żoni. Dan huwa proġett fermmeħtieġ għas-sidien tan-negozji li jaħdmu fl-Imrieħel u l-Mosta, u proġettisimili diġa’ saru fiż-żoni tal-Ħandaq, iż-Żebbuġ, u f’parti ohra ta’l-Imrieħel, f’dawn l-aħħar snin.
B’kollox ser ikun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni mill-ġdid ta’ 19-ilTriq, f’dawn iż-żewg Żoni Industrijali. Dan ix-xogħol jinkludi tqegħid ta’ serviceculvert li ser ikun qiegħed jilqa’ fih is-servizzi essenzjali, bħalma humas-servizz ta’ l-ilma, telefon u d-dawl. Ser tissolva darba għal dejjem il-problema tad-dranaġġ, billi jsirukomunikazzjonijiet ġodda għal mal-pompa li nbniet f’dawn l-aħħar xhur fiż-żonaindustrijali tal-Mosta. Ser isirusistemi ta’ culverts oħragħall-ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita, kif ukoll, wara li ssir il-kostruzzjonimill-ġdid tat-toroq bil-livelli kif suppost, jingħataw ’l fuq minn 35,000 metru kwadru ta’ tarmac.
Fiż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel magħrufa bħala ż-żona “tad-Dakkara”,ser ikunu qed isiru sitt toroq, li jinkludu: Triq l-Industrija, Triqil-Kummerċ, Triq il-Ħaddieda, Triq is-Snajja’, Triq il-Bankiera, u TriqConcetta Borg Calleja. Filwaqt lifl-Imrieħel stess, fiż-żona magħrufa bħala ta’ “San Ġwakkin” ser ikunu qed isiruTriq is-Salib u Triq il-Għajn.
Fiż-żona industrijali tal-Mosta magħrufa bħala ż-żona “tal-Qares”, serikunu qed isiru għaxar toroq li jinkludu: Triq Sir Arthur Borton, Triq in-Naġġar, Triq il-Ballut, Triq Żnuber,Triq il-Kappar, Triq l-Għargħar, Triq il-Parsott, Triq Mikiel Muscat, TriqFilippu Apap Bologna u parti minn Triq il-Fortizza. Filwaqt li ser tkun qed issir ukoll triq,fejn insibu numru ieħor ta’ negozji żgħar, fż-żona magħrufa bħala“tas-Sriedek”.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla jgħid li issa li l-letter of acceptance ġiet pubblikata,imiss li l-kuntratturi kkonċernati jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom għand l-ADTbiex b’hekk fil-jiem li ġejjin ikunu jistgħu jiġbru l-permessi kollha meħtieġaminngħand id-diversi Dipartimenti biex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu fuqis-sit. Dawn il-permessi huma fermessenzjali sabiex il-ħidma mad-diversi Dipartimenti li jipprovdu s-servizziessenzjali tkun ikkoordinata sew u jiġu evitati inċidenti bla bżonn.
Dan il-proċess m’għandux għalfejn jieħu ħafna żmien, u fil-fatt huwamistenni li sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar, il-kuntratturi jimmobilizzaw l-inġenjitagħhom għal fuq iż-żewġ siti, sabiex jinbeda x-xogħol fuq it-tħaffirtat-trinek.
B’hekk, malli jitlesta x-xogħol fuq dawn iż-żewġ żoni industrijali, wieħedikun jista’ jgħid li ser tkun twettqet b’mod komplet, wegħda oħra li l-Gvernkien għamel ma’ l-elettorat. Dan għaliexbil-ħidma kontinwa tas-Segretarjat responsabbli għan-Negozji ż-Żgħar u s-Self Employed, ser tkun ingħatatl-attenzjoni kollha hekk kif kien imwiegħed, u sar ix-xogħol infrastrutturalili kien hemm meħtieġ isir fil-ħames żoni industrijali kollha li ma jaqgħux taħtir-responsabilita’ diretta tal-MaltaEnterprise.
DOI – 19.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en