KONFERMA TAL-VOKAZZJONI MARITTIMA TA’ MALTA
Nru. 1306
Konferma tal-vokazzjonimarittima ta’ Malta
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li d-destin ta’ pajjiżna kienminn dejjem marbut mal-qagħda strateġika ta’ Malta f’nofs il-baħar Mediterran.Din il-qagħda sawwret il-politika u l-ekonomija ta’ pajjiżna u wasslitna biexinsiru nazzjon Indipendenti. Il-Ministru kien qed jitkellem f’egħluq ta’attivita` għal ibħra iktar indaf, li saret fil-Bajja ta’ Marsascala.
Francis Zammit Dimechqal li l-qagħda strateġika ta’ pajjiżna, gżira f’nofs ta’ baħar, wassletlill-Unjoni Ewropea biex tikkonċedi li Malta jkollha zona ta’ konservazzjonigħas-sajd ta’ 25 mil madwarha. Wasslet biex is-sajjieda Maltin jikkwalifikawgħal għajnuna mill-UE biex jimmodernizzaw il-flotot tagħhom tas-sajd, biex ikunhemm għajnuna għal titjib fil-faċilitajiet tal-portijiet u l-pixkerija, biexil-lampuka tkun inkluża fil-lista ta’ ħut għall-organizzazzjoni ta’ suq komuni.Francis Zammit Dimech qal li l-vokazzjoni marittima ta’ pajjiżna kienetkonfermata bil-ħatra ta’ Dr. Joe Borg bħala Kummissarju tas-Sajd u l-AffarijietMarittimi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-ibħramadwarna huma sors ta’ attivita’ ekonomika għal pajjiżna. Hu qal li l-portijietta’ Malta wasslu biex illum għandna wieħed mill-aktar freeports attivifil-Mediterran, biex bnejna yacht marinas, biex żviluppajna t-tiswijatal-vapuri u yachts, biex Malta għandha wieħed mill-akbar reġistrimarittimi tad-dinja.
Il-Ministru FrancisZammit Dimech qal li l-ibħra madwarna kienu l-ewwel xintilla biex pajjiżnadaħal fis-settur turistiku meta t-turisti kienu jiġu pajjiżna għall-baħar,ir-ramel u x-xemx. Anke jekk illum dawn it-tlett ingredjenti m’għadhomx jiġbdudaqshekk turisti lejn pajjiżna minħabba li hawn madwarna xtajtiet ferm akbarminn tagħna, xorta l-baħar għadu ingredjent importanti għas-settur turistiku.Malta għandha niċċa importanti fil-qasam tad-diving, fis-settur tal-cruiseliners u fil-yachting.
Francis Zammit Dimechqal li biex inżommu din l-attivita’ unkabbruha jeħtiġilna nħarsu l-ibħra madwarna billi nżommuhom indaf minn kullskart. Hu
.../...
qal li kien għal danl-iskop li l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura kellu żewġ taqsimiet, waħdagħat-tindif tax-xtut u l-oħra biex tħares kontra tniġġiż fil-baħar. Hu qal lil-attivitajiet li kienu jsiru biex jitnaddaf qiegħ il-baħar hu ta’ minjinkoraġġihom sew minħabba li dawn iwasslu biex jittella’ minn qiegħ il-baħarkull tip ta’ skart u anke biex inkomplu nagħmlu lill-poplu aktar konxjumill-fatt li m’għandu jitfa’ xejn fil-baħar li jagħmel ħsara lill-flora ul-fauna li jista’anke jwassal għal inċidenti.
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura appella lil kulħadd biex iżomm ix-xtajtiet ta’ pajjiżna u l-ibħramadwarna indaf. Hu qal li kemm aħna poplu nadif ma jitkejjilx minn kemm inżommudjarna indaf iżda minn kemm inżommu nadif mill-għatba ta’ djarna ’l barra.
DOI - 18.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en