ADULT TRAINING CENTRE ĠDID F’GĦAWDEX
Nru. 1305
Adult TrainingCentre ġdid f’Għawdex
Waqt li kienet qed tinawgura tail-lift van ġdid għall-użumill-Adult Training Centre f’Għajnsielem, l-Onor Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex dalgħodu ħabbret li l-fażi tal-bini li kienet għaddejjafuq l-Adult Training Centre l-ġdid ġewwa Victoria issa hija lesta.
Il-Ministeru għal Għawdex kien qiegħed iwettaq xogħol fuqis-sit li kien ġie identifikat għaċ-ċentru l-ġdid, matul dawn l-aħħar sena unofs. Il-Ministru Debono spjegat li l-Gvern kien qiegħed iħoss il-bżonn lijibda jagħti s-servizzi tiegħu minn kumpless ġdid peress li dak li qiegħedjintuża fil-preżent sar għandu restrizzjonijiet strutturali biex iċ-Ċentrujipprovdi servizz modern.
Filwaqt li fl-1993, meta dan is-servizz beda jingħata miċ-Ċentrut’Għajnsielem, kienu 28 il-membri li kienu jagħmlu użu minnu, matul din is-senal-membri kienu jammontaw għal 40, filwaqt li sa l-2005 dawn mistennija jitilgħugħal 49. Wieħed jinnota li fil-bidu ta’ l-għoti tas-servizz f’Għawdex fl-1980il-membri kienu 25, filwaqt li fi spazju ta’ ħamsa u għoxrin sena dawnmistennija jirduppjaw.
L-Adult Training Centre juża sistemi ta’ terapiji individwali.L-istruttura taċ-Ċentru preżenti ma tantx tippermetti li t-terapiji jingħatawb’mod individwali lill-membri kollha. Kien għalhekk li, madwar erba’ snin ilu,il-Ministeru għal Għawdex beda jevalwa l-possibilita’ ta’ ċentru ġdid li jista’jaqdi aħjar il-funzjonijiet ta’ llum.
Il-Ministru Debono spjegat ukoll li l-kostruzzjoni ta’ ċentru ġdidtagħmel iktar sens mil-lat ekonomiku. Hija spjegat kif matul dawn l-aħħar snin,il-Gvern qed iħallas il-kera sabiex jagħmel użu mill-kumpless li huwa proprjeta’ta’ l-awtoritajiet ekkleżjastiċi t’Għawdex. Il-Ministru Debono spjegat kif jagħmeliktar sens li l-Gvern jinvesti l-flus tiegħu fi proprjeta’ li tkun tal-Gvernstess milli jonfoq l-istess flus f’kera. Hekk, l-ispejjeż li l-Gvern ikun serjonfoq fuq kera jkunu rriżultaw fi proprjeta’ ġdida tal-Gvern, u fi spazju ta’xi snin il-Gvern ikun qiegħed jiffranka l-flus filwaqt li jkollu l-faċilita’mibnija kif jixtieq hu u skond il-ħtiġijiet moderni.
.../2
Iċ-Ċentru l-ġdid ser ikun imqassam fuq erba’ sulari: livell semi-basementli jinkludi garaxx u workshops għall-użu mill-membri, sular livellta’ l-art li jinkludi reception u waiting area, store,uffiċċju amministrattiv u sala, filwaqt li ż-żewġ sulari l-oħra jinkludu sala għall-attivitajiet,sebat ikmamar għal terapija individwali, kċina, żewġ kmamar tas-sodda u erba’kmamar tal-banju. Il-kumpless il-ġdid ser ikun servut b’lift li jgħaqqadl-erba’ sulari u b’hekk ikun kompletament aċċessibbli għall-persunib’diżabilita’.
Il-Ministru Debono rringrazzjat lill-awtoritajiet ekkleżjastiċit’Għawdex tas-servizz li dawn offrew matul dawn l-aħħar snin, kif ukolllill-istaff kollu ta' l-Adult Training Centre. Hija wriet ukolll-apprezzament tagħha lill-għaqda Friends of the Adult Training Centreli għoġobha tirregala liċ-Ċentru tail-lift van ġdid li għandu valurkummerċjali ta’ Lm35,000. Dan il-vann jesa’ erbatax-il persuna jew ħames wheelchairsflimkien ma’ żewġ persuni, mgħammar b’arja kundizzjonata kif ukoll b’lift lijiffaċilita għal kollox it-tqandil ta’ wheelchairs. Il-Friends of theAdult Training Centre huwa magħmul minn persuni residenti f’Għawdex lib’mod volontarju jorganizzaw diversi attivitajiet soċjali bil-għan li jiġbrufondi għall-użu taċ-Ċentru.
L-Adult Training Centre t’Għawdex jilqa’ fi ħdanupersuni b’kull tip ta’ diżabilita’ li għandhom bejn id-dsatax u s-sittin sena.Filwaqt li jfittex li jeduka lis-soċjeta’ b’mod ġenerali dwar dan il-qasam, iċ-Ċentrujoffri servizz ta’ support lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilita’. Iċ-Ċentrujiffoka l-ħidma tiegħu fuq l-abilitajiet tal-persuni b’diżabilita’. Fil-fatt, iħarreġlill-membri tiegħu f’xogħol bħal artiġġjanat, agrikoltura u xogħol fl-injam. Iċ-Ċentruhuwa servut minn communication therapist filwaqt li jżomm kuntatt tajjebmas-sezzjoni ta’ Social Work fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. L-AdultTraining Centre jaħdem ukoll f’relazzjoni qrib ħafna mal-KummissjoniNazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u l-Aġenzija Support, u jaħdem fil-qribukoll ma’ l-Enable Foundation ta’ Derbyshire fejn iċ-Ċentru jagħmelukoll skambji tal-membri, filwaqt li dan l-aħħar ġew stabiliti rapporti ma’ ċentrisimili fi Sqallija u f’Sheffield l-Ingilterra.
DOI - 18.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en