IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAĊ-CHAIRPERSONS U CEOs TA’ L-ENTITAJIET TAL-GVERN
L-ERBGĦA, 18 TA’ AWISSU 2004
Nru. 1303
IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAĊ-CHAIRPERSONS U CEOs TA’L-ENTITAJIET TAL-GVERN
Kif kien ħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, il-PrimMinistru Lawrence Gonzi sejjaħ laqgħa għaċ-Chairpersons u CEOs ta’ l-entitajietu agenziji tal-Gvern kif wkoll ta’ dawk li fihom il-Gvern għandu sehemmaġġoritarju.
Din il-laqgħa, li ser issir għada fil-Berġa ta’Kastilja, ser tiffoka fuq il-miri finanzjarji tal-Gvern u ż-żiedafil-kontabilità f’dawn l-entitajiet. Matul din il-laqgħa l-Prim Ministru serjelenka l-prijoritajiet tal-Gvern fir-rigward taż-żieda fl-effiċjenza,it-tnaqqis tal-burokrazija u t-trażżin tad-defiċit finanzjarju, filwaqt lijenfasizza r-responsabbiltà li kull Chairperson appuntat mill-Gvern għandusabiex jintlaħqu dawn il-miri.
Kif diġà ġie ddikjarat mill-Prim Ministru, iż-żiedafil-produttività u l-effiċjenza fl-operat u s-servizzi mogħtija minn dawnl-aġenziji huma fuq nett ta’ l-aġenda tal-Gvern u l-Prim Ministru jistennakontabilità sħiħa lejn dawn il-miri sabiex mhux biss titnaqqas l-ispiżarikorrenti imma tiżdied il-kompetittività u l-kwalità tas-servizz mogħti minndawn l-entitajiet.
DOI 18.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en