2.5 MILJUN EURO GĦAL PROĠETTI TURISTIĊI
Nru. 1301
2.5 MILJUN EURO GĦAL PROĠETTITURISTIĊI
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech qal li s-settur turistiku diġa’ bbenefikamis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea permezz tal-promozzjoni kbira li ngħatatul iċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru s-sħubija ta’ Malta fl-UE li tfissru bħalal-aqwa li saru minkejja li pajjiżna hu l-iżgħar membru li ssieħeb. Hu qal danwaqt it-tnedija ta’ skema ta’ għotjiet għal proġetti turistiċi, filwaqt li ziedli kif kienu ipprevedew sew il-Gvern, kif ukoll l-MHRA, is-settur turistikubeda jirpilja fit-tieni kwart ta’ din is-sena.
Francis Zammit Dimech qal liċifri dwar movimenti fl-ajruport maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’Malta juru li fl-ewwel sitt xhur tas-sena għaddew mill-ajruport 570,865passiġġier – 20,662 jew 3.8 fil-mija aktar mill-istess perijodu s-sena l-oħra.Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika juru li fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien hemm żiedamarġinali ta’ 0.3 fil-mija fin-numru ta’ turisti li ħallew Malta, minn 470,138għal 471,407.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li fatt inkoraġġanti hu li anke d-dħul mit-turiżmu qed jiżdied. Hu qal f’Ġunju kienetreġistrata żieda fin-numru ta’ turisti li ħallew Malta ta’ 8.1 fil-mija filwaqtli kien hemm żieda fid-dħul mit-turiżmu ta’ sitta fil-mija – minn Lm41.9 miljunf’Ġunju 2003 għal Lm44.4 miljun f’Ġunju ta’ din is-sena.
Il-Ministru Francis ZammitDimech qal li t-turiżmu kien industrja dinamika u għalhekk ridna nżommuhaaġġornata ma’ dak kollu li jkunu qed jiġri madwarna, u fid-dinja, jekk marridux li nistaġnaw u flok ’l quddiem immorru lura. Hu qal li bl-għajnuna ta’l-Unjoni Ewropea, u taħt l-awspiċji ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu,kienet qed tiġi inawgurata skema ta’ għajnuna mill-UE għas-settur turistiku.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li dan il-proġett għandu l-iskop li jkabbar il-kompetittivita’ ta’dawk li jipprovdu servizzi fil-qasam turistiku fl-isfond ta’ l-objettivi tal-Fondi Strutturali. Hu qal lil-għajnuna, li tkopri s-snin 2004-2006, se tingħata lil kumpanniji relatatimal-qasam turistiku bl-iskop li jinfluwenzaw b’mod dirett l-investimentmis-settur privat, u biex iwasslu s-settur biex ikun aktar sostenibbli skondil-policies eżistenti għat-turiżmu kif elenkati fid-dokument tal-Gvern, TheCarrying Capacity Assessment for Tourism in the Maltese Islands – TourismDevelopment Policies 2000-2010.
Francis Zammit Dimech qalli l-objettivi tal-proġetti huma lijipprovdu għajnuna lill-impriżi turistiċi f’areas ta’ investiment li jwasslugħall-profittibilita’ akbar permezz ta’ tnaqqis sostenibbli ta’ l-ispejjeż ta’l-operazzjoni u li jwasslu biex
o Jissalvagwardawlill-ħaddiema impjegati f’dawn il-proġetti;
o Jwasslugħal upgrading ġenerali tal-prodott turistiku offrut mill-kategoriji eleġibblita’ impriżi; u
o Jwasslugħal ristrutturar ġenerali ta’ l-offerta Maltija bħala destinazzjoni turistikaf’dik li hi kwalita’ ta’ prodott u sostenibilita’ għal żmien twil.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li l-proġett hu fl-isfond tax-xenarju ta’ tkabbir identifikatmill-Politika Turistika għal-2000-2010. Dan irid jintlaħaq billi nippromwovuinvestiment ġdid u inizjattivi li jappoġġjaw is-sostenibbilita’ fl-industrja.Hu qal li dan il-proġett se jitmexxa mit-Taqsima għal-Ippjanar Strateġiku u riċerkatal-MTA f’koordinazzjoni mad-Direttorat ta’ l-Affarijiet ta’ l-UE tal-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura.
Francis Zammit Dimech qal lil-proġett se jkun implimentat f’forma ta’ skema ta’ għotjiet. Dawk li qed jiġummirati li jibbenefikaw mill-iskema huma serviced accommodationestablishments, farmhouses, stabbilimenti ta’ l-ikel, skejjelgħat-tagħlim ta’ l-Ingliż, istitutiprivati għat-taħriġ fit-turiżmu, operaturi tad-diving, mużewijietprivati u attrazzjonijiet turistiċi u operaturi ta’ l-ivvjaġġar. Dawn se jkunumgħejjuna fi proġetti ta’ investiment li jaqgħu f’dawn il-kategoriji:
o Inizjattivi ambjentali;
o Proġettiprivati fis-settur tal-wirt kulturali
o Upgrading ta’l-infrastruttura, tagħmir u sistemi ta’ IT fl-oqsma ta’ l-akkomodazzjoni, catering,diving, skejjel tal-lingwi, istituti privati għat-taħriġ fit-turiżmu, destinationmanagement companies u agenziji ta’ l-ivvjaġġar, attrazzjonijiet turistiċiu kumpanniji relatati li joffru servizz turistiku;
o Inizjattivi fil-qasamtal-marketing.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li l-Iskema ta’ Għotjiet se tiffinanzja 60 fil-mija tal-proġettiapprovati. Il-valur massimu ta’ proġett għal kull impriza li jkun sottomesstaħt l-iskema għall-perijodu 2004-2006 hu ta’ 150,000 Euro li 60 fil-mijaminnhom jitħallsu mill-Iskema. FrancisZammit Dimech qal li l-valur totali tal-proġett taħt l-Iskema – li jinkludi sewis-60 fil-mija f’għajnuna u l-40 fil-mija kontribuzzjoni mis-settur privat – huta’ 2.5 miljun EURO.
Francis Zammit Dimech qal lil-proġetti għandhom jiġu sottomessi mill-applikanti lill-iStrategic Planningand Research Division ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu billi timtela’applikazzjoni li kienet ippreparata għall-Iskema.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura awgura li dawk li jagħmlu użu minn din l-iskema jwasslu biex ikomplijitjieb il-prodott Malti ħalli min iżur pajjiżna jieħu dik l-esperjenza li majsibx f’pajjiżi oħra.
DOI - 16.08.04
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en