Left arrow Go Back

TWEGIBA TAL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT GHALL-ISTQARRIJA MAHRUGA MILL-OPPOZIZZJONI: IL-GVERN QED IWETTAQ BIL-FATTI L-PJAN GHALL-AGRIKOLTURA

PR1298
Date Icon 16/08/2004

Nru. 1298

TWEGIBA TAL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET RURALI UL-AMBJENT GHALL-ISTQARRIJA MAHRUGA MILL-OPPOZIZZJONI: IL-GVERN QED IWETTAQBIL-FATTI L-PJAN GHALL-AGRIKOLTURA

Hu ta’ ghajb li anke f’Santa Marija, festa religjuzali lokalment ghandha tradizzjoni marbuta mal-biedja, il-Partit ta’l-Oppozizjoni jiehu l-opportunita’ biex jikkritika.

Il-bdiewa u r-rahhala  jafu sew li l-Gvern ghandu programmghall-biedja lokali u jafu wkoll, ghax hafna minnhom diga’ rcevew, li hemmfondi sostanzjali ghalihom biex ikomplu jtejbu l-produzzjoni u l-istandardstaghom.  B’rizultat ta’ negozjati u hidmakontinwa, il-biedja Maltija hija fost l-aktar oqsma li qed jigu mghejjunamill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti. Din il-gimgha biss thabbret ghajnuna ta’ €6 miljun. Il-bidwi se jinghatanofs l-ispiza li jaghmel ghal strutturi agrikoli bhal serer, gwiebi u mhazenfost l-ohrajn kif ukoll ghajnuna sabiex il-prodott agrikolu jsib swieq godda.L-ghajnuna lil bidwi u r-rahhal tista’ tkun minn Lm250 sa Lm50,000.

L-Oppozizzjoni tonqosmill-verita’ wkoll meta ssemmi l-prezzijiet u d-dhul tal-bdiewa. Ghalkemm kien hemm xi tnaqqis fil-prezzijiet ta'xi prodotti agrikoli tajjeb wiehed jghid li permezz tas-sussidju li qed jaghtil-Gvern lill-bdiewa d-dhul tal-bdiewa baqa' bejn wiehed u iehor kif kien qabelis-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fil-kaz ta’ certu prodotti,bhad-dulliegh, meta zzid is-sussidju d-dhul tal-bdiewa jista’ jkun sahansitrasa 7 centezmi aktar milli kien is-sena li ghaddiet. Fil-kaz tal-hawh filwaqt li s-sena l-ohra bi produzzjonita’ 53,630 kilo l-bdiewa dahhlu madwar Lm80,000 mill-pitkalija, din is-senal-bdiewa dahhlu madwar Lm117,000 minn produzzjoni ta’ 130,820 kilo. Il-bdiewa li jkabbru l-patata jafu li bic-certifikazzjoni gdida Ewropea,il-Eurepgap, hadu l-oghla prezzijiet li qatt hadu ghall-patata taghhom. 

Il-fatti hadd ma jista’ jmeriehom u f’Lulju ta’ din is-sena l-bejgh fil-pitkalija zdied b’aktar minn LM136,000 fuq is-sena l-ohra. Dan juri bic-car li l-bdiewa qed jiffaccjaw u jirbhu l-isfidi ta’ suq miftuh.

.../...

Il-Gvern qed jitrattabl-istess serjeta’ wkoll il-kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-halib ul-lahmijiet.  

Il-Gvern ifakkarlill-Oppozizjoni li l-Unjoni Ewropea fin-negozjati rrikonoxxiet ic-cirkostanzipartikolari tal-biedja Maltija u thejja pjan apposta mibni fuq il-htigijietpartikolari taghna u fuq il-qafas tal-Politika Agrikola Komuni ta’ l-UnjoniEwropea.  Ma jkunx qed jghid il-verita’min jghid li l-agrikoltura Maltija tista’ tinjora r-regolamenti li jorbtulill-bdiewa, ir-rahhala u l-processuri Ewropej sabiex dawn ipoggu fuq is-suqprodotti ta’ kwalita’ u ta’ l-oghla igjene. Ir-regolamenti qeghdin hemm u l-Unjoni Ewropea u l-Gvern qed jaghtughajnuna ta’ miljuni ta’ liri lill-bdiewa u r-rahhala Maltin biex iwieznuhom sakemmjilhqu l-istandards mehtiega.

Id-direzzjoni fis-settur tal-biedja dejjem tahal-Partit li jmexxi l-Gvern prezenti ghax dejjem kellu ghal qalbu danis-settur.  L-akbar impenn ta’ danil-Gvern kien li ghall-ewwel darba f’pajjizna tfassal programm ghal danis-settur fil-qafas tar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea u efficjenza fl-uzu ta’rizorsi finanzjarji. Hekk biss huwa assigurat il-futur tal-biedja Maltija.

DOI  16.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow