L-ISCHOOL INFORMATION SYSTEM GĦADHA QED TINTUŻA
IT-TNEJN, 16 TA’AWISSU 2004
Nru. 1296
L-ISCHOOL INFORMATION SYSTEM GĦADHA QED TINTUŻA
Rapport li deher dan l-aħħarf’gazzetta lokali dwar l-iSchool Information System (SIS) hukompletament żbaljat meta jgħid li ġew ‘mormijin’ Lm 1,363,968. Hu aktar u aktar m’huwiex eżatt meta jgħid lidan ġara minħabba l-fteħim li l-Gvern għamel mad-ditta Microsoft. Dan ir-rapport hu inkorrett u bbażat fuqpremessa żbaljata. Kemm dan ir-rapportkif ukoll ir-rapport li deher il-ġurnata ta’ wara jitrattaw sistema li ddaħħletgħaxar snin ilu, li ilha tintuża għal żmien twil u li minnha gawdejna għal tuliż-żmien.
Tajjeb li l-Ministeru ta’l-Edukazzjoni jinforma x’inhi s-Sistema SIS. F’nofs id-disgħinijiet, madwar għaxar snin ilu, il-Gvern beda jaħdem fuqsistema komputerizzata li tgħin lill-amministrazzjonijiet ta’ l-iskejjeljagħmlu xogħolhom ta’ kuljum. Metaddaħlet is-SIS ħafna mill-iskejjel lanqas kellhom kompjuterfl-uffiċini tal-kap ta’ l-iskola u ta’ l-amministazzjoni. Dak iż-żmien inħareġ tender għal dinis-sistema li kienet intrebħet minn ditta Ingliża. Fl-2001, tliet snin ilu, l-Awditur Ġeneraligħamel rapport dwar is-sistema u qal li għalkemm kien hemm diversi benefiċċji,kien hemm ukoll nuqqasijiet li wasslu biex is-sistema ma tkunx implimentata kifkien maħsub.
Ir-risposti tal-Ministerulill-ġurnal li kien qed isaqsi d-domandi kienu ibbażati fuq dak li diġà hemmfir-rapport u spjegajna li minħabba d-diffikultajiet li kienu nqalgħu tull-ewwel ħames snin tal-proġett, fl-2000 id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kienetwaqqfet dan il-proġett milli jkompli jiżviluppa. Dan seħħ qabel ma sar ir-rapport u qiegħeddokumentat fl-istess rapport li jidħol fid-dettall ta’ x’wassal għal dan, iżdaimkien ma jsemmi l-arranġament li sar mal-Microsoft għax fil-fatt dan kiengħadu l-anqas sar. Li kieku l-ġurnalistqara r-rapport ta’ l-Awditur sewwa jew anke jekk illimita ruħhu jaqrais-sommarju eżekuttiv, dan kien jokkorrilu. F’domanda oħra dwar x’se jsir mill-proġett, il-Ministeru wieġeb li l-ProjectBoard tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kien beda jaħdem fuq l-analiżi ta’l-aħjar triq kif jiżviluppa l-proġett fiċ-ċirkustanzi. Fost affarijiet oħrajn il-Project Boardkellu jara jekk ikomplix jimplimenta l-programmi tad-ditta Ingliża jew inkellajara x’sistemi ġodda jistgħu jintużaw.
…/…
Hu importanti nifhmu li minngħaxar snin ’l hawn seħħew bidliet kbar fil-qasam tat-teknoloġija ta’l-informatika kif ukoll fil-kultura tal-Maltin lejn il-kompjuters ut-teknoloġija. Fost il-bidliet li seħħewkien hemm l-introduzzjoni tal-Kurrikulu l-ġdid, policies ġodda, in-networkingta’ l-iskejjel kollha ma’ xulxin u l-introduzzjoni ta’ l-internet,is-sħubija ta’ Malta mad-ditta Microsoft u li Malta issa hi parti mill-UnjoniEwropea. Barra minn hekk l-esperjenzi liksibna sa llum f’dan il-qasam għandhom jgħinuna biex l-iżvilupp ta’ sistemiġodda fil-futur isir aħjar u b’mod aktar effettiv. Kull ma jmur it-teknoloġijase tkompli titjieb u għalxejn nikkomparaw dak li hemm illum ma dak li kien hemmftit snin ilu aħseb u ara għaxar snin ilu.
Il-Ministeru jixtieqjikkjrarifka li l-ftehim li l-Gvern għamelmal-Microsoft jkopri l-liċenzji kollha ta' l-operating systems diġa’ mixtrija fil-passat, dawk eżistenti u dawkli għad iridu jinxtraw mill-Gvern. Bl-ebda mod il-ftehim bejn il-Microsoft ul-Gvern jesiġi li s-servizzi kollha tal-Gvern jkollhom il-Windows XP bħalasistema standard. Dan kien bissbenefiċċju li tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Gvernbiex il-ħaddiema tiegħu jkunu dejjemqegħdin jaħdmu fuq l-aktar softwareinnovattiv u sofistikat, b'anqas spiża milli kien isir qabel. U għalhekk kif spjegajna lill-ġurnalist,is-sistema SIS li qed titħaddem bħalissa u li ilha titħaddem għal dawn l-aħħarsnin se tkompli tintuża għal benefiċċju ta’ l-għalliema u l-istudenti li hemmfl-iskejjel tal-Gvern.
Il-Ministeru jixtieq ifakkarli s-sistema SIS kienet instrumentali biex daħlet fost l-amministrazzjonijietta’ l-iskejjel il-kultura ta’ l-użu tat-teknoloġija u ta’ l-informatika. Sal-ġurnata tal-lum, għaxar snin wara libdiet tiddaħħal is-sistema, l-iskejjel kollha qed jużaw din is-sistema litagħti diversi benefiċċji u li żżid l-effiċjenza tagħhom. Il-kapijiet ta’ l-iskejjel ul-amministarzzjoni ta’ l-iskejjel ingħataw taħriġ biex ikunu jistgħu jużawil-kompjuter kif ukoll biex iħaddmu s-sistema. Fil-fatt saru aktar minn 2000 siegħa ta’ taħriġ fl-aħħar erba’snin. L-amministrazzjonijiet ta’l-iskejjel ingħataw kompjuters u programmi li qabel ma kellhomx kif ukoll ingħatawl-appoġġ u l-maintenance li kellhom bżonn tul dawn l-aħħar għaxarsnin.
Għalhekkil-Ministeru jerġa’ jemfasizza li mhux veru li l-investiment sar għalxejn jewġew mormija l-flus. Il-verita’ hi liminkejja d-diffikultajiet iddaħħlet sistema komputerizzatagħall-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel u ddaħħlet kultura ta’ l-informatikafl-amministrazzjonijiet ta’ l-iskejjel dan minbarra benefiċċji oħra diretti uindiretti li gawdejna minnhom.
DOI 16.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en