Left arrow Go Back

L-ISCHOOL INFORMATION SYSTEM GĦADHA QED TINTUŻA

PR1296
Date Icon 16/08/2004

IT-TNEJN, 16 TA’AWISSU 2004

Nru. 1296

L-ISCHOOL INFORMATION SYSTEM GĦADHA QED TINTUŻA

Rapport li deher dan l-aħħarf’gazzetta lokali dwar l-iSchool Information System (SIS) hukompletament żbaljat meta jgħid li ġew ‘mormijin’ Lm 1,363,968.  Hu aktar u aktar m’huwiex eżatt meta jgħid lidan ġara minħabba l-fteħim li l-Gvern għamel mad-ditta Microsoft.  Dan ir-rapport hu inkorrett u bbażat fuqpremessa żbaljata.  Kemm dan ir-rapportkif ukoll ir-rapport li deher il-ġurnata ta’ wara jitrattaw sistema li ddaħħletgħaxar snin ilu, li ilha tintuża għal żmien twil u li minnha gawdejna għal tuliż-żmien. 

Tajjeb li l-Ministeru ta’l-Edukazzjoni jinforma x’inhi s-Sistema SIS. F’nofs id-disgħinijiet, madwar għaxar snin ilu, il-Gvern beda jaħdem fuqsistema komputerizzata li tgħin lill-amministrazzjonijiet ta’ l-iskejjeljagħmlu xogħolhom ta’ kuljum.  Metaddaħlet is-SIS ħafna mill-iskejjel lanqas kellhom kompjuterfl-uffiċini tal-kap ta’ l-iskola u ta’ l-amministazzjoni.  Dak iż-żmien inħareġ tender għal dinis-sistema li kienet intrebħet minn ditta Ingliża.  Fl-2001, tliet snin ilu, l-Awditur Ġeneraligħamel rapport dwar is-sistema u qal li għalkemm kien hemm diversi benefiċċji,kien hemm ukoll nuqqasijiet li wasslu biex is-sistema ma tkunx implimentata kifkien maħsub.

Ir-risposti tal-Ministerulill-ġurnal li kien qed isaqsi d-domandi kienu ibbażati fuq dak li diġà hemmfir-rapport u spjegajna li minħabba d-diffikultajiet li kienu nqalgħu tull-ewwel ħames snin tal-proġett, fl-2000 id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kienetwaqqfet dan il-proġett milli jkompli jiżviluppa.  Dan seħħ qabel ma sar ir-rapport u qiegħeddokumentat fl-istess rapport li jidħol fid-dettall ta’ x’wassal għal dan, iżdaimkien ma jsemmi l-arranġament li sar mal-Microsoft għax fil-fatt dan kiengħadu l-anqas sar.  Li kieku l-ġurnalistqara r-rapport ta’ l-Awditur sewwa jew anke jekk illimita ruħhu jaqrais-sommarju eżekuttiv, dan kien jokkorrilu. F’domanda oħra dwar x’se jsir mill-proġett, il-Ministeru wieġeb li l-ProjectBoard tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kien beda jaħdem fuq l-analiżi ta’l-aħjar triq kif jiżviluppa l-proġett fiċ-ċirkustanzi.  Fost affarijiet oħrajn il-Project Boardkellu jara jekk ikomplix jimplimenta l-programmi tad-ditta Ingliża jew inkellajara x’sistemi ġodda jistgħu jintużaw. 

…/…

Hu importanti nifhmu li minngħaxar snin ’l hawn seħħew bidliet kbar fil-qasam tat-teknoloġija ta’l-informatika kif ukoll fil-kultura tal-Maltin lejn il-kompjuters ut-teknoloġija.  Fost il-bidliet li seħħewkien hemm l-introduzzjoni tal-Kurrikulu l-ġdid, policies ġodda, in-networkingta’ l-iskejjel kollha ma’ xulxin u l-introduzzjoni ta’ l-internet,is-sħubija ta’ Malta mad-ditta Microsoft u li Malta issa hi parti mill-UnjoniEwropea.  Barra minn hekk l-esperjenzi liksibna sa llum f’dan il-qasam għandhom jgħinuna biex l-iżvilupp ta’ sistemiġodda fil-futur isir aħjar u b’mod aktar effettiv. Kull ma jmur it-teknoloġijase tkompli titjieb u għalxejn nikkomparaw dak li hemm illum ma dak li kien hemmftit snin ilu aħseb u ara għaxar snin ilu.

Il-Ministeru jixtieqjikkjrarifka li l-ftehim li l-Gvern għamelmal-Microsoft jkopri l-liċenzji kollha ta' l-operating systems diġa’ mixtrija fil-passat, dawk eżistenti u dawkli għad iridu jinxtraw mill-Gvern.  Bl-ebda mod il-ftehim bejn il-Microsoft ul-Gvern jesiġi li s-servizzi kollha tal-Gvern jkollhom il-Windows XP bħalasistema standard.  Dan kien bissbenefiċċju li tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Gvernbiex il-ħaddiema tiegħu jkunu dejjemqegħdin jaħdmu fuq l-aktar softwareinnovattiv u sofistikat, b'anqas spiża milli kien isir qabel.  U għalhekk kif spjegajna lill-ġurnalist,is-sistema SIS li qed titħaddem bħalissa u li ilha titħaddem għal dawn l-aħħarsnin se tkompli tintuża għal benefiċċju ta’ l-għalliema u l-istudenti li hemmfl-iskejjel tal-Gvern.

Il-Ministeru jixtieq ifakkarli s-sistema SIS kienet instrumentali biex daħlet fost l-amministrazzjonijietta’ l-iskejjel il-kultura ta’ l-użu tat-teknoloġija u ta’ l-informatika.  Sal-ġurnata tal-lum, għaxar snin wara libdiet tiddaħħal is-sistema, l-iskejjel kollha qed jużaw din is-sistema litagħti diversi benefiċċji u li żżid l-effiċjenza tagħhom.  Il-kapijiet ta’ l-iskejjel ul-amministarzzjoni ta’ l-iskejjel ingħataw taħriġ biex ikunu jistgħu jużawil-kompjuter kif ukoll biex iħaddmu s-sistema. Fil-fatt saru aktar minn 2000 siegħa ta’ taħriġ fl-aħħar erba’snin.  L-amministrazzjonijiet ta’l-iskejjel ingħataw kompjuters u programmi li qabel ma kellhomx kif ukoll ingħatawl-appoġġ u l-maintenance li kellhom bżonn tul dawn l-aħħar għaxarsnin. 

Għalhekkil-Ministeru jerġa’ jemfasizza li mhux veru li l-investiment sar għalxejn jewġew mormija l-flus.  Il-verita’ hi liminkejja d-diffikultajiet iddaħħlet sistema komputerizzatagħall-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel u ddaħħlet kultura ta’ l-informatikafl-amministrazzjonijiet ta’ l-iskejjel dan minbarra benefiċċji oħra diretti uindiretti li gawdejna minnhom.

DOI  16.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow