PJAN FAVUR IX-XOGĦOL: FLIMKIEN NOĦOLQU L-IMPJIEGI
IS-SIBT: 14 T’ AWISSU, 2004
Nru.1295
PJANFAVUR IX-XOGĦOL: FLIMKIEN NOĦOLQU L-IMPJIEGI
L-EwwelPjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Impjiegi
L-abbozz ta’l-ewwel Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Impiegi jipproponi 55 miżura li jridujitwettqu fil-perjodu ta’ żmien bejn l-2005 u 2010. Dawn il-miżuri jinkludutletin proġett għall-valur ta’ ’l fuq minn tnax-il (12) miljun Ewro approvatimill-Fond Soċjali Ewropew.
Barra min dan,hemm żewħ miljun u tliet mitt elf (2.3 miljun) Ewro oħra mill-Fond Europew għall-IżviluppReġjonali li ser jintefqu fi proġetti kapitali indirizzati lejn nies qiegħda uistituzzjonijiet ta’ taħrig.
Il-Pjan għandutliet miri prinċipali fit-tul:
Dan ħabbrul-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta dalgħodu pprezenta l-ewwel Pjan ta’ AzzjoniNazzjonali għall-Impiegi. Il-Prim Ministru spjega li dan l-eżercizzju ser jibdajsir kull sena fil-kuntest ta’ l-iStrategija Ewropea għall-Impiegi bl-iskop lijintlaħqu l-miri maqbula fl-Agenda ta’ Lisbona fis-sena 2000, iġifieri, lisas-sena 2010 l-ekonomija Ewropea tkun waħda b’saħħitha u sostenibblifil-pajjiżi membri kollha.
Il-Pjan inħademminn grupp ta’ uffiċjali għolja u esperti mmexxija mill-Ministru Louis Galeab’konsultazzjoni mifruxa fost dipartimenti u aġenziji tal-Gvern, oqsmadifferenti tas-settur privat u rappreżentanti ta’ Min Iħaddem u Unjons.
Minbarral-konsultazzjoni li diga` saret, il-Prim Ministru qal li l-Gvern issa serjagħti żmien sa’ l-24 ta’ Settembru biex kull min hu interessat jibgħatil-kummenti u s-suġġerimenti tiegħu. Parti ewlenija minn din il-konsultazzjoni ser issir fi hdan il-KunsillMalti ghall-Izvilupp Socjali u Ekonomiku, fejn il-Kunsill ser ikollul-opportunita jiddiskuti fid-dettal il-Pjan ta’ Azzjoni flimkien mal-MinistruLouis Galea u n-nies teknici li hadmu fuq dan ir-rapport.
Wara l-eghluqtal-konsultazzjoni u wara li l-Gvern ikun ha konsiderazzjoni tal-kummenti usuggerimenti li johorgu f’dan il-process, id-dokument finali ser jintbagħatlill-Kummissjoni
Ewropea u serjiġi diskuss fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali fil-Parlament hekkkif dan jerġa` jiltaqa` wara s-Sajf.
“Il-Gvern hu determinatli flimkien ma’ l-imsieħba soċjali u s-soċjeta` ċivili kollha jagħti s-sehemkollu tiegħu biex jixpruna l-ekonomija fuq kull front. Jien fiducjuz li hekkkif il-poplu Malti u Għawdxi sarraf l-Indipendenza fl-aqwa kwalita` tal-ħajjali qatt ra pajjiżna fl-istorja tiegħu, hekk ukoll issa ser jagħmel success kbirmis-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. L-abbozz tal-Pjan hu biss ħolqa ohra fl-istrategija tal-Gvern li jrid libi sforz kollettiv nibdlu l-mod ta’ kif nahdmu f’kull settur biex il-poplu tagħnajkollu l-aqwa prosperita` li jgħixha f’ambjent ta’ kwalita`, ġustizzja soċjali,u ta’ sigurta’,” sostna il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Il-propostital-Pjan ikopru lil kulħadd – lil Min Iħaddem, ħaddiema, dawk li qed ifittxux-xogħol, u s-setturi kollha ta’ l-ekonomija li jridu suq tax-xogħol aktarproduttiv u effiċjenti, b’ħaddiema preparati u li jridu jaħdmu b’mentalita` ukultura ġdida kif titlob id-dinja tax-xoghol kompettitiva li qed ngħixu fihallum.
Il-Pjan fihinnifsu mhux bakketta maġika li ser toħloq l-impiegi. L-iskop tal-Pjan hu lijwettaq sensiela ta’ azzjonijiet, miżuri, u programmi konkreti, fi zmiendeterminat li permezz tagħhom ninkoragixxu ż-żieda ta’ nies li jaħdmufl-ekonomija Maltija. Biex dan jitwettaq hemm bżonn ta’ ko-operazzjonital-operaturi ekonomiċi u soċjali kollha.
Id-dokumenttal-Pjan, li qed jiġi pubblikat għall-konsultazzjoni pubblika, l-ewwelnettjagħti stampa globali ta’ l-istat tas-suq tax-xogħol f’pajjiżna llum. Imbaghadjgħaddi biex jindika sitt elementi strateġiċi li huma ndikati bħala meħtiegagħas-snin 2005 sal-2010. Dawn huma :
Il-PjanNazzjonali jinseġ dawn is-sitt elementi fil-qafas ta’ għaxar linji gwida billigħal kull linja gwida, l-ewwel jagħmel analiżi kritika tas-sitwazzjoni sostnutaminn statistika dettaljata u aġġornata sal-2003, u wara jindika sensiela ta’miżuri konkreti li qed iseħħu jew li qed jiġu proposti għas-sena 2005.Il-progress li mistenni jirriżulta skond l-indikaturi tal-lum u t-twettiqtal-mizuri indikati s’issa huma miġbura f’din it-tabella:
L-għaxar LinjiGwida li fuqhom il-Pjan hu mibni huma :
Il-Pjan ta’Azzjoni Nazzjonali għall-Impiegi hu mod ġdid ta’ ppjanar permezz ta’koordinament organizzat f’qafas nazzjonali u Ewropew għal aktar impiegi uimpiegi aħjar. Dan hu proċess li jrid isir kull sena b’sistema ta’ riċerka,konsultazzjoni, verifikar, u evalwazzjoni. Il-proċess hu wieħed ċikliku lijibda b’evalwazzjoni kritika mill-Kummissjoni Ewropea wara li kull pajjiżmembru jissottometti l-pjan tiegħu fil-Ħarifa; b’rakkomandazzjonijiet aġġornatifir-Rebbiegħa mill-Kunsill Ewropew wara ir-Rapport Konġunt Annwali dwarl-Impiegi, segwit mit-tħejjija tal-Pjan Nazzjonali għas-sena li jkun imiss.
Id-dokumetijista’ jinkiseb mill-websitetal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol (www.education.gov.mt) jew minn diktal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (www.etc.org.mt).Kummenti u suġġerimenti għandhom ikunu ndirizzati lill-Ministru għall-Edukazzjoni,Żgħażagħ u Sport, c/o Taqsima Riċerka u Żvilupp, ETC, Hal Far, b’e-mail fuq: nap@etc.org.mt jew Fax numru 22201803.
DOI –14.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en