€6 MILJUNI F’GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-BDIEWA, RAĦĦALA U PROĊESSURI TA’ PRODOTTI AGRIKOLI
NO. 1291
€6 Miljuni f’Għajnuna finanzjarjagħall-bdiewa, raħħala u proċessuri ta’ prodotti agrikoli
B’riżultat tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti kisebgħajnuna li tlaħħaq € 6 miljuni(Lm2,500,000) sas-sena 2006 bħala parti mill-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004 -2006. Dinl-għajnuna hi ffinanzjata mill-fondi ta` l-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti.
Dan tħabbarmill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt seminar dwar il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali ta’ Malta. Preżenti għal danis-seminar kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajdfil-Ministeru ta` l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. Francis Agius.
Il-Ministru George Pullicino qal li l-għajnuna qed tingħata fuq zewg miżuri. Miżura 3.1għal-investimentfi strutturi agrikoli, waqt li Mizura 3.2 għat-Titjib fl-Ipproċessar ufil-Promozjoni ta’ Prodotti Agrikoli. Dawn l-għajnuniet huma parti mil-FondEwropew għall-Gwida u Garanzija Agrikola ( E.A.G.G.F)
Miżura 3.1: Investiment fi StrutturiAgrikoli
L-għajnuna totali allokata taħt din il-miżura hija ta’ madwar€ 4 miljuni ( Lm 1,540,179), li minnhom 70% ġejjin mill-Unjoni Ewropea u 30%mill-Gvern ta’ Malta. L-għajnuna li tista’ tingħata lil kull applikant hija ta’ 50% tan-nefqa totali ta’ l-investimentmitlub sakemm din in-nefqa totali ma tkunx t’anqas minn LM500 filwaqt li mataqbiżx il-LM100,000. Kull applikazzjoni sejra tkun evalwata skond kriterjidefiniti u ssir selezzjoni minn Kumitat ta’ l-Għażla fejn jintgħażlu dawkil-proġetti li jġibu l-aktar punti fil-grid ta’ evalwazzjoni. Mhux il-proġettikollha sejrin ikunu ffinanzjati minħabba l-limitazzjoni tal-fondi.
L-iskop wara din il-miżura hija li tgħin lill bdiewa jew raħħala sabiex jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni, isaħħu is-sistema tal-produzzjoni, jikkontribixxu għal prodotti ta’ kwalità aħjar u b’aktar varjazzjoni,jippreservaw u jsaħħul-ambjent naturali u rurali kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta’ l-indafa utaż-żamma u l-manteniment ta’ l-annimali fir-razzett. Din il-miżura tgħinfl-iżvilupp tad-diversifikazzjoni u l-funzjonijiet diversi ta’ l-intrapriżirurali.
Għal dinil-miżura jistghu japplikaw dawk il-bdiewa rreġistrati bħala self-employed mal- Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) kif ikoll ma’ l-IACS jewinkella mad-Diviżjoni ta’ l-ikel u s-Servizzi Veterinarji. Jistghu japplikawukoll dawk l-entitajiet legali li jkunu responsabbli mit-tmexxija ta’attivitajiet agrikoli fis-setturi kollha kkonċernati.
Miżura 3.2: Titjib fl-Ipproċessar u fil-Promozzjonita’ Prodotti Agrikoli
L-għajnuna totali allokata għal din il-miżura hija ta’ € 2 miljuni ( Lm959,820), li minnhom 70% ġejjin mill-Unjoni Ewropea u 30% mill-Gvern ta’ Malta.L-għajnunali tista’ tingħata lilkull applikant hija ta’ 50% tan-nefqa totali ta’ l-investiment mitlub sakemmdan ma jkunx anqas minn LM 500 u mhux ogħla minn LM 100,000.
Din il-miżura hi maħsuba biex tgħin investimenti bil-għan li jtejbu jewjistabbilixxu swieq ġodda għal prodotti agrikoli u jżidu d-dħul għall-proċessuri sa kemm ikun qedjibbenefika l-bidwi wkoll. Għan ieħor hu li titjieb il-kwalità tal-produzzjoni tal-prodotti u jinstabudistribuzzjonijiet innovattivi għal swieq ġodda billi tintlaħaq ko-operazzjonibejn il-produtturi u l-proċessuri.
Taħt din il-miżura, huma eleġibbli għall-għajnuna: intrapriżi tal-bdiewa,proċessuri ta’ prodotti agrikoli, negozji agrikoli, koperattivi agrikoli jewgħaqdiet tal-bdiewa li huma magħqudin b’kuntratt biex iħejju xi proġett, u ligħandhom in-negozju tagħhom ġewwa Malta.
L-Onor. George Pullicino qal li it-tfassil ta’ dawn iż-żewġ miżuri serjgħinu biex jittieħed pass ieħor biex tkompli tingħata aktar għajnunalis-settur agrikolu. Bdiewa u raħħalaser ikollhom għodda oħra barra l-għajnuna taħt l-Special Market Policy Product for Maltese Agriculture (SMPPMA) u kif ukoll miżuri relatatibbażati fuq produzzjoni ta’ l-uċuħ biex ikunu jistgħu jikkonsolidaw ix-xogħol ul-kwalità tal-produzzjoni. U meta jkun qed itejjeb dan, kemm il-produttur u kifukoll il-konsumatur jaslu f’sitwazzjoni vantaġġata għat-tnejn u kulħadd imur’il quddiem.
Dan huwa aktar relevanti meta wieħed iqis li dawn iż-żewg miżuri m’humiexħlief tnejn fost bosta li tfasslu biex jipprovdu Miljuni ta’ Ewro lis-setturagrikolu f’Malta, qal il-Ministru Pullicino.
Il-Ministru Pullicino qal li dawn huma żminijiet ta’ sfidi u ta’opportunitajiet, u hemm bżonn li jitieħdu b’serjetà biex bl-iktar mod professjonali utrasparenti dawn il-flus jintużaw sabiex jitjieb is-settur agrikolu Malti. Jekk ma jintużawx, dawn il-flus jintilfu ul-flus u l-ħinmitluf jissarfu f’telf għoli u irreparabbli għal Malta u l-Maltin kollha.
L-applikazzjonijietgħal dawn il-miżuri jistgħu jingabru mid-Dipartiment ta’ Iżvilupp Rurali minn nhar it-Tnejn 23 ta’Awissu, 2004. L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn fuq il-website www.agric.gov.mt, jew jinġabru mid-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali, l-Għammieri,il-Marsa jew mill-uffiċċji kollha ta’ l-ExtensionServices, kif ukoll mill-uffiċċju ta’ l-Agrikultura (IACS) ir-Rabat,Għawdex.
Wiehedjista’ jcempel lid-Dipartiment ta’ l-IżviluppRurali fuq in-numru 25904 251 jew jibgħat email fuq l-indirizz:rdd.mrae@gov.mt għalaktar informazzjoni. L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu sa nofsinhar tat-Tnejn,25 ta’ Ottubru 2004.
DOI –13.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en