PANCONTINENTAL OIL & GAS NL TWETTAQ STHARRIG SIZMIKU FL-IBHRA MALTIN
Nru. 1286
PancontinentalOil & Gas NL twettaq Stharrig Sizmiku fl-ibhra Maltin
Il-kumpanija taz-zejt Awstraljana Pancontinental Oil & Gas NL qeda twettaq stharrig fl-ibhraMaltin sabiex takkwista nformazzjoni sizmika gdida hekk kif tinsab fit-tieni fazita' l-attivita' taghha fin-Nofsinhar ta' Malta. Dan l-istharrig, li hu mahsub li jdum madwar gimgha, qieghed isirpermezz tal-vapur sizmiku 'C-Explorer'.L-informazzjoni gdida mbaghad tintbaghat f'Perth, l-Awstraljaghall-ipproccessar u interpretazzjoni minn specjalisti f'dan il-qasam. Ir-rizultati finali ta' dan l-istharrig huma mistennijali jitlestew sa' l-ahhar ta' din is-sena. Is-'C-Explorer' huwa mghammarb'apparatt l-aktar modern u sofistikat biex tinkiseb informazzjoni fuq il-blatta' taht il-bahar. Fost dan l-apparatqed jintuza fibre optic streamer' ta'aktar minn 5 kilometri tul, kif ukoll 'airguns' ta' sahha kbira li kapacijippenetraw fil-fond gol-blat.
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura,l-Onorevoli Ninu Zammit zar dan il-vapur meta kien ghadu fil-port, qabel mabeda l-istharrig. Il-MinistruZammit gie milqugh u mdawwar mas-'C-Explorer'minn rapprezentant tal-kumpanija ul-'operations manager' tal-vapur. Ufficjal mid-Dipartiment tat-Tiftix ghaz-Zejt qieghed ukoll fuq il-vapur sakemm idum dan l-istharrig.
Dan l-istharrig qieghed isir biex ikunu maghrufinaktar ahjar il-prospetti fejn jista' jinstab iz-zejt u biex jigi stabbilitl-ahjar lok fejn jithaffer bir esplorattiv. L-aktar bir qrib ta' dan l-istharrig hu t-'Tama 1' li kien gie mhafferfl-1993 mill-kumpaniji Amoco u Agip wara li kien iffirmat ftehim mal-GvernMalti.
DOI – 11.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en