Left arrow Go Back

EŻERĊIZZJU TA’ VERIFIKAZZJONI TAL-BEJJIEGĦA TAS-SWIEQ

PR1284
Date Icon 11/08/2004

NO. 1284

Eżerċizzjuta’ verifikazzjoni tal-bejjiegħa tas-swieq

Fil-ġimgħat li għaddew, sareżerċizzju ta’ verifikazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-bejjiegħa tas-swieqmill-Kunsilli Lokali tan-Naxxar, Hal Qormi, Żejtun, Birżebbuġia, Attard, Paolau Sliema. 

Infatti dawn il-KunsilliLokali issa qed iħejju l-aħħar lista tal-bejjiegħa kif ivverifikata minnhombiex tiġi ppubblikata mill-ġdid fil-Gazzetta tal-Gvern u hekk il-bejjiegħa kifmagħrufa minn dawn il-Kunsilli Lokali, ser ikunu l-bejjiegħa li  skondil-liġi, se jkunu awtorizzati mill-Kunsilli Lokali biex jarmaw fl-ibliet ul-irhula rispettivi taghhom.

Għalhekk dawk il-bejjiegħali għadhom ma wettqux dan l-eżerċizzju, ghandhom  imorru għand il-Kunsill Lokali u jirreġistrawfil-Kunsill Lokali tal-Komunita’ fejn jarmaw il-posta tagħhom f’dak is-suqspeċifiku. Jekk ma jagħmlux dan l-eżerċizzju ta’ verifikazzjoni, jistgħujitneħħew mill-lista kif ġiet pubblikata fil-gazzetta tal-Gvern oriġinarjament.

Ta’min isemmi wkoll li skond il-liġi, il-bejjiegħa tas-swieq, minkejja li jkollhomil-liċenzja maħruġa, ma jistgħux jarmaw f’suq jekk ma jkollomxl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Komunita’ fejn jarma s-suq.  Għalhekk bejjiegħ bil-liċenzja mħallsa jridl-ewwel jinkiteb fuq il-waiting listtal-bejjiegħa li jkunu jridu jarmaw fis-suqtal-lokal.

Fil-ġranet li ġejjin serjibda wkoll eżerċizzju ta’ verifikazzjoni fil-Kunsilli Lokali tar-Rabat, Birguu Bormla.  Dawk li qed jarmaw fis-suqtal-Birgu u Bormla ser ikunu avżati mill-Kunsilli Lokali tal-Birgu jew Bormla umitluba jirreġistraw il-preżenza tagħhom f’dan is-suq. L-istess ser isir ghaldawk li jarmaw nhar ta’ Ħadd fis-suq tar-Rabat li ser ikunu mitlubajirreġistraw fil-Kunsill Lokali tar-Rabat.

Dan l-eżerċizzju huwamistenni li jkun konkluż sa l-aħħar ta’ Settembru.  Sadanittant ta’ min ifakkar li l-Kunsillidiġa’ għandhom ir-responsabbilita’ sħiħa biex jimmaniġjaw is-swieq u jaraw lima jiżdiedx in-numru tal-bejjiegħa ma’ dawk li diġa’ huma irreġistrati u liisimhom deher fil-Gazzetta tal-Gvern. 

Dan l-eżerċizzju wassal biexfis-suq ta’ Ħal Qormi biss ġew reġistrati 205 bejjiegħ filwaqt li f’Birkirkaranhar t’Erbgħa ġew reġistrati 184 bejjiegħ, u nhar ta’ Ġimgħa 174.  Għalhekk, jekk naghtu daqqa t’ghajn lejn kemmhemm bejjiegħa f’dawn is-swieq insibu li:

Fiż-Żejtun - 91bejjiegħ.

F’Birżebbuġia -35 bejjegħ.

F’Ta’ Qali - 215bejjiegħ.

Fin-Naxxar - 20bejjegħ

F’Raħal il-Ġdid -l-Erbgha: 20, il-Hamis:15, il-Gimgha:29, is-Sibt:43 bejjegħ

F’Ta’ Sliemal-Erbgha - 5, il-Gimgha - 7 bejjegħa

F’Ħal Qormi  - 205 bejjegħ

Fir-Rabat - 94bejjegħ

Fil-Birgu - 285bejjegħ

Dan l-eżerċizzju għandubħala għanijiet principali:

1)  li s-swieq ma jibqgħux jikbru

2) li dawk il-bejjiegħa liissa huma irreġistrati għandhom moħħhom mistrieħ li posthom fis-suq huwaassigurat.  U għalhekk dan l-eżerċizzjuqed iwassal biex is-swieq ikunu posti li joħolqu mpjiegi fissi .

3) kull suq ikun organizzataħjar u kemm il-bejjiegħa kif ukoll il-konsumaturi jkunu aktar imħarsa

4) titnaqqas kemm jista’jkun l-inkonvenjent  għall-ġirien.

Issa l-aġenda tal-KunsilliLokali li temmew l-eżerċizzju tal-verifikazzjoni tal-bejjiegħa ser tkun biexjorganizzaw il-kumitati tal-bejjiegħa, skond kif kull Kunsill Lokali jaral-ħtieġa, kif ukoll tkun ikkordinata ħidma biex jitnaqqas l-iskart li jħalluwarajhom il-bejjiegħa.  F’dan ir-rigward,diġa’ għandna Kunsilli Lokali li jistgħu ikunu ta’ eżempju għal ohrajn, bħal mahuma l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u tan-Naxxar.

Nawgura li din il-ħidmatkompli tgħin lill-Kunsilli Lokali jaslu għas-suċċess tal-ħidma tagħhom. 

DOI – 11.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow