BIDU TA' SERVIZZ TA' SUPPORT LILL-OMMIJIET TA' TRABI
L-ERBGHA: 11 T’AWISSU, 2004
NO. 1281
Bidu ta' servizz ta' support lill-ommijiet ta'trabi
L-Association of BreastfeedingCounsellors qed testendi s-servizz ta' support li tagħtilill-ommijiet f'Malta għall-gżira ta' Għawdex. Dan ħabbritu l-Assoċjazzjonifil-preżenza ta' l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex waqt attivita'li saret fis-Sala tal-Maternita', fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, f'egħluq il-ġimgħadinjija ddedikata lill-breastfeeding.
Filwaqtilli rringrazzjat lill-assoċjazzjoni illi llum qiegħda tagħmel possibbliż-żieda ta' iktar professjonalita' fis-servizz mogħti mill-Isptar Ġenerali ta'Għawdex, il-Ministru għal Għawdex qalet li jeħtieġ li l-ommijiet Għawdxin jagħrfuiktar il-bżonnijiet ta' breastfeeding u jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet għall-benefiċċjuta' wliedhom. Hija qalet li fejn il-medja fir-rata ta' ommijiet f'Malta li jagħtuħalib ta' l-omm lit-trabi tagħhom hija ta' madwar 40%, ir-rata f'Għawdex hijabiss ta' madwar 30% u din tgħodd għall-ewwel ġimgħat mit-twelid tat-tarbija.
Hija qalet li r-rata ta' breastfeedingf'Għawdex għadha baxxa minkejja li l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jipprattikal-kodiċi ta' għaxar passi għal breastfeeding, kif identifikati mill-WorldHealth Organisation u joffri servizz ta' għajnuna u supportlill-ommijiet kemm qabel kif ukoll wara t-twelid tat-tarbija. Fil-fatt,il-Ministru Debono qalet li qabel it-twelid, l-isptar joffri ante-nataleducation,filwaqt li wara t-twelid, staff tas-Sala tal-Maternita' jagħti sostenn lill-ommkemm fis-sala kif ukoll permezz ta' żjajjar fid-djar individwali.
Filwaqt li rringrazzjat lill-istafftas-Sala tal-Maternita' tax-xogħol siewi li jagħmlu matul is-sena l-Ministru għalGħawdex irringrazzjat ukoll lill-Association of Breastfeeding Counsellorsli permezz ta' l-inizjattiva tagħha s-servizz b'riżq l-ommijiet f'Għawdex lijagħtu breastfeeding lit-trabi tagħhom qed ikompli jissaħħaħ."Illum qiegħdin immorru pass ieħor 'il quddiem għaliex permezz ta' dinl-inizjattiva llum l-Isptar Ġenerali t'Għawdex u l-ommijiet Għawdxin għandhompunt ta' riferenza minn fejn jistgħu jiksbu pariri u counsellingprofessjonali".
Il-Ministru Debono enfasizzatl-importanza li l-ommijiet jagħtu breastfeeding lit-trabi tagħhom, ankegħaliex dan huwa ta' mportanza kemm għall-omm kif ukoll għat-tarbija, anke għall-iżviluppfit-tul. Ir-raġunijiet indikati minn professjonisti f'dan il-qasam jindikaw litfal li jkunu ngħataw breastfeeding meta trabi 'l quddiem jiżviluppawiktar reżistenza għal tipi ta' mard filwaqt li r-relazzjoni li titrabba bejnl-omm u t-tarbija l-ġdida mhijiex sostitwibbli b'għoti ta' ħalib mill-flixkun.
L-ommijiet f'Għawdex li jagħtu breastfeedingjistgħu jikkuntattjaw lil Maria Buhagiar (21-449930), Christine Borg(21-371700), Sarah Cutajar (21-521119), Anna Cutajar (21-697508), Liz Cutajar(21-633293), Sue Grech (21-681710) jew Odette Debono (21-388760) fuq in-numritat-telefon indikati jew inkella billi jżuru s-sit ta’ l-internet www.breastfeedingmalta.org
DOI - 11.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en