Left arrow Mur Lura

IL-GVERN QED JAGĦMEL ĦILTU KOLLHA BIEX JILQA’ GĦAL PROBLEMA TA’ L-IMMIGRANTI LLEGALI

PR1277
Date Icon 10/08/2004

IT-TLIETA: 10T’AWISSU 2004

NO. 1277

IL-GVERN QED JAGĦMEL ĦILTU KOLLHA BIEX JILQA’ GĦAL PROBLEMA TA’L-IMMIGRANTI LLEGALI

L-istqarrija ta` l-Onor. Gavin Gulia dwar l-immigrazzjoni llegali matgħinx biex tiġi ndirizzata din il-problema nazzjonali.

Il-problema ta` immigrantiirregolari m’hix ta` Malta biss u tolqot lil kulħadd. Ftit tista` tagħmelsabiex iżżomm milli dawn jaslu fi xtutna, l-aktar meta jkollhom bżonn għajnunau aħna bħala pajjiż obbligati internazzjonalment sabiex nassistuhom.

Jidher li l-Oppożizzjonim`għandhiex pjan, u lanqas politika dwar l-immigrazzjoni u m’hi qiegħdatipproponi xejn.

Il-Gvern diga` laqqa`d-dipartimenti kollha governattivi ftit tal-ġranet ilu, taħt il-presidenzatal-Prim Ministru, u ser issir laqgħa oħra proprju sabiex wieħed jikkordinaaħjar l-isforzi ta` kulħadd. Fil-fatt, iċ-ċentri miftuħa (l-Open Centres)gew assenjati lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali u huwaprevist li malli parti sew minn dawk li ġew f`dawn l-aħħar ġranet jiġu rilaxxjati,dawn jiħu akkomodati f’dawn l-Open Centres.

Pajjizna ser ikomplibil-politika ta` detenzjoni, igħid x`igħid ħaddieħor; għax dan hu fl-interessnazzjonali. U sabiex jiġi evitat iffullar żejjed fiċ-ċentri, (sakemm dan hupossibbli) ġie aċċellerat il-proċessar ta` applikazzjonijiet għal protezzjonib`mod, li qabel ma bdiet il-mewġa tas-sajf, in-numru ta` detenuti taħt l-Attdwar l-Immigrazzjoni kien naqas għal mija (100).

Mhux minnu illi Malta fil-‘fora internazzjonali’m’għamlet xejn dwar din il-problema. Malta offriet li tkun is-sede ta` AġenzijaEwropea dwar il-Fruntieri, aġenzija ta` membri ta` l-Unjoni Ewropea.  Malta wkoll sostniet l-inizjattivatal-Kummissjoni Ewropea għal tixrid aħjar tal-piż ta’ l-immigrazzjonillegali 

.../...

fost l-Istati Membri, fosthom li bis-saħħa ta`sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, nistgħu nipparteċipaw f`titjiriet konġjuntigħall-immigranti llegali lejn il-pajjiżi ta` l-oriġini tagħhom; hekk ukollMalta qed issostni l-proposta illi flus mill-fond dwar ir-Refuġjati jiġuallokati għal ripatriju sfurzat ta` immigranti irregolari.

Dan kollu seta’ jkunpossibbli għax il-poplu Malti vvota għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

DOI – 10.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow