IL-GVERN QED JAGĦMEL ĦILTU KOLLHA BIEX JILQA’ GĦAL PROBLEMA TA’ L-IMMIGRANTI LLEGALI
IT-TLIETA: 10T’AWISSU 2004
NO. 1277
IL-GVERN QED JAGĦMEL ĦILTU KOLLHA BIEX JILQA’ GĦAL PROBLEMA TA’L-IMMIGRANTI LLEGALI
L-istqarrija ta` l-Onor. Gavin Gulia dwar l-immigrazzjoni llegali matgħinx biex tiġi ndirizzata din il-problema nazzjonali.
Il-problema ta` immigrantiirregolari m’hix ta` Malta biss u tolqot lil kulħadd. Ftit tista` tagħmelsabiex iżżomm milli dawn jaslu fi xtutna, l-aktar meta jkollhom bżonn għajnunau aħna bħala pajjiż obbligati internazzjonalment sabiex nassistuhom.
Jidher li l-Oppożizzjonim`għandhiex pjan, u lanqas politika dwar l-immigrazzjoni u m’hi qiegħdatipproponi xejn.
Il-Gvern diga` laqqa`d-dipartimenti kollha governattivi ftit tal-ġranet ilu, taħt il-presidenzatal-Prim Ministru, u ser issir laqgħa oħra proprju sabiex wieħed jikkordinaaħjar l-isforzi ta` kulħadd. Fil-fatt, iċ-ċentri miftuħa (l-Open Centres)gew assenjati lill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali u huwaprevist li malli parti sew minn dawk li ġew f`dawn l-aħħar ġranet jiġu rilaxxjati,dawn jiħu akkomodati f’dawn l-Open Centres.
Pajjizna ser ikomplibil-politika ta` detenzjoni, igħid x`igħid ħaddieħor; għax dan hu fl-interessnazzjonali. U sabiex jiġi evitat iffullar żejjed fiċ-ċentri, (sakemm dan hupossibbli) ġie aċċellerat il-proċessar ta` applikazzjonijiet għal protezzjonib`mod, li qabel ma bdiet il-mewġa tas-sajf, in-numru ta` detenuti taħt l-Attdwar l-Immigrazzjoni kien naqas għal mija (100).
Mhux minnu illi Malta fil-‘fora internazzjonali’m’għamlet xejn dwar din il-problema. Malta offriet li tkun is-sede ta` AġenzijaEwropea dwar il-Fruntieri, aġenzija ta` membri ta` l-Unjoni Ewropea. Malta wkoll sostniet l-inizjattivatal-Kummissjoni Ewropea għal tixrid aħjar tal-piż ta’ l-immigrazzjonillegali
.../...
fost l-Istati Membri, fosthom li bis-saħħa ta`sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, nistgħu nipparteċipaw f`titjiriet konġjuntigħall-immigranti llegali lejn il-pajjiżi ta` l-oriġini tagħhom; hekk ukollMalta qed issostni l-proposta illi flus mill-fond dwar ir-Refuġjati jiġuallokati għal ripatriju sfurzat ta` immigranti irregolari.
Dan kollu seta’ jkunpossibbli għax il-poplu Malti vvota għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
DOI – 10.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en