Left arrow Go Back

POPEYE VILLAGE JAGĦLAQ 25 SENA

PR1276
Date Icon 09/08/2004

Nru. 1276

Popeye Village jagħlaq 25sena

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li jista’ jingħad li l-industrja tal-films f’Malta hi partimis-settur turistiku mhux biss għaliex tattira lejn pajjiżna ismijietimportanti marbuta mal-produzzjoni ta’ films, iżda anke għaliex il-ġbidtal-films f’Malta huma mezz mill-aqwa ta’ promozzjoni għal pajjiżna.Il-Ministru kien qed jitkellem meta inawgura ‘The Sweet Factory’, f’PopeyeVillage li hemm f’Anchor Bay, il-Mellieha.

Francis Zammit Dimech qal lidiversi rivisti qed jiddeskrivu lil Malta bħala Hollywood tal-Mediterran, bħalaċentru ta’ produzzjoni ta’ films fil-Mediterran. Hu qal li tul is-snin f’Maltanħadmu 80 film, 35 film li jippromwovu prodotti, 24 film għat-televiżjoni unumru ta’ music videos u dokumentarji. Hu qal li dawn qed jagħtu isem tajjeb lil pajjiżna tant li l-Awtorita’Maltija għat-Turiżmu ħasset il-ħtieġa li toħloq il-Malta Movie Map (www.visitmalta.com)

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li ma’ l-industrja tal-films twieldu wkoll diversi inizjattivifosthom Popeye Village li llum hu attrazzjoni sew għall-Maltin kif ukollgħat-turisti. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li fl-1979 inħadem f’Maltal-film “Popeye’. Hu qal li biex itella’ dan il-film inbena breakwatertwil bejn 200 u 250 pied u triq li twassal għal fuq il-post. Hu qal li biexinbnew l-20 struttura ta’ l-injam minn 165 ħaddiem, inġiebu minn barra zkuktas-siġar mill-Olanda u twavel irqaq ta’ l-injam għas-soqfa mill-Kanada.Intużaw tmien tunnellati msiemer u 2,000 gallun żebgħa.

Francis Zammit Dimech qal liwara li nġibed il-film, ‘ir-raħal ta’ Popeye’ ma twaqqax iżda nżamm u nbidelf’attrazzjoni li jżuruha eluf ta’ Maltin u turisti kull sena.

…/…

Il-Ministru Zammit Dimechqal li kienet il-politika tal-Gvern li jiddiversifika l-prodott turistiku. Huqal li dan wassal lill-kumpannija Anchor Bay Leisures Ltd., biex fl-2001tikkummissjona studju li wassal għall-kunċett li jinbidlu

…/…

partijiet mis-sett tal-film“Popeye” f’attrazzjonijiet oħra. Għal dan il-għan fl-2002 twaqqaf teamtal-kostruzzjoni li biddel parti mis-sett tal-film f’Santa’s Toytown lifetaħ f’Diċembru 2002 u li kien suċċess sew mal-Maltin kif ukoll mat-turisti.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li wara s-suċċess ta’ din l-inizjattiva kienet identifikata daroħra biex tinbidel f’fabbrika tal-ħelu. Ix-xogħol twettaq mill-istess nies. Danbeda f’Novembru 2003 u tlesta dan ix-xahar biex jikko-inċidi mal-25anniversarju tal-bidu tal-bini tar-raħal ta’ Popeye.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li fil-lokal issa hemm ‘sweet factory’ fejn min imur se jaral-ħelu, ċikkulata u ġelati jinħadmu. Mhux min-nies iżda minn ‘annimali’. F’dinil-fabbrika unika, annimali animati jsajjru, jqattgħu, jivvintaw u jippakjawkull tip ta’ ħelu, ċikkulati u ġelati.

Francis Zammit Dimech qal libħala Ministru għat-Turiżmu kien mhux biss jappoġġja inizjattivi bħal din iżdajinkoraġġihom għaliex kienu proġetti ta’ dan it-tip li jagħtu lil min iżurnadik l-esperjenza li ma jsibux f’pajjiżi oħra. Hu qal li l-ġbid ta’ filmsf’pajjiżna kien wassal għal bini ta’ sets li jekk uħud minnhom jinżammuu jiġu konservati jkunu ta’ attrazzjoni u joħolqu dik ix-xi ħaġa aktar lipajjiżi oħra m’għandhomx.

Il-Ministru Francis ZammitDimech irringrazzja lil kull min ħadem biex dan il-proġett mhux biss kienrealizzat iżda żviluppa tul medda ta’ kwart ta’ seklu.

DOI - 09.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow