IL-KUMITAT DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI GĦANDU L-FAKULTA’ LI JITLOB INVESTIGAZZJONI
Nru.1275
Il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi għandul-fakulta’ li jitlob investigazzjoni
Il-Gvern ħa nota ta’ dak li ġierappurtat li qal id-Deputat Laburista Leo Brincat li, "l-Awditur Ġeneraligħandu jniedi minn rajh investigazzjoni fil-fond dwar l-intriċċi kollhamarbutin max-xiri ta’ l-ambaxxata Maltija fi Brussell”.
Il-Gvern jixtieq ifakkar lil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi (li sa ftit żmien ilu kienpresedut mid-deputat Laburista Leo Brincat innifsu u li llum huwa presedut mid-deputatLaburista Charles Mangion) għandu mhux biss il-fakulta’ kollha biex jagħmeldan, imma wkoll ir-responsabbilta’ li jieħu kull inizjattiva li jidhirlu ligħandu jieħu biex ikun żgurat l-akbar korrettezza fl’użu tal-fondi pubbliċi.
Il-Gvern hu konvint li x-xiri ta’‘Dar Malta’ ġewwa Brussell huwa nvestiment għaqli għal pajjiżna bħala membrufl-Unjoni Ewropeja, kemm għall-bżonnijiet ta’ llum kif ukoll għas-snin li ġejjin.Daqstant ieħor il-Gvern hu konvint li l-proċess li wassal għal din id-deċiżjonikien wieħed trasparenti u korrett mill-aspetti kollha. Proprju għalhekk, il-Gvernjilqa’ kull inizjattiva li tista tittieħed biex dan l-investiment jiġianalizzat mill-aspetti kollha.
DOI – 09.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en