L-ANZJANI SE JGAWDU MINN SERVIZZ AĦJAR TAT-TELECARE
NO.1274
L-Anzjani se jgawdu minnservizz aħjar tat-Telecare
L-Onor. LouisDeguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kurafil-Komunità, flimkien ma’ l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjaniu l-Kura fil-Komunità, kienu preżenti għall-iffirmar ta’ftehim ġdid bejn il-Gvern u l-Maltacom plc., dwar is-servizz tat-Telecare,ftehim li jkopri l-perjodu ta’ bejn Settembru 2004 u Awissu 2009.
Il-ftehim ġieffirmat minn Dr. Ray Busuttil, Direttur Ġenerali fil-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità għan-nom tal-Gvern u s-SurSonny Portelli, Chairman tal-Maltacom. Biex sar dan il-ftehim kellu sehem ukolll-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Investiment, Industija u Teknoloġija ta’l-Informazzjoni li ma kienx preżenti minħabba li kien indispost.
B’dan il-ftehimil-Maltacom qegħda tintrabat li tissussidja dan is-servizz lill-10,000 anzjan uanzjana; 1,000 iżjed mill-ftehim ta’qabel. Dawk kollha f’din l-iskema jħallsu biss Lm1 fix-xahar.
Dan is-servizzbeda fl-1991 u bħalissa hemm 8,863 anzjan u anzjana li qegħdin igawdumis-servizz tat-Telecare. Hemm ukoll 97applikazzjoni pendenti għal dan is-servizz. Is-servizz tat-Telecare għandu l-Call Centre tiegħu f’Santa Venera fejnhu mmexxi minn impjegati tad-Dipartiment ta’ l-Anzjani. Dan is-servizz huwa ferm popolari u jagħtiċerta sigurtà lill-anzjani għax iħossuhom il-ħin kollu f’kuntatt ma’ xi ħaddfl-eventwalità ta’ xi inċident jew każi ta’ urġenza. Kuljum il-CallCentre jircievi medja ta’ bejn 250-400 sejħa li minnhom ikun hemm numru żgħirta’ talbiet li jkunu jinħtieġu interventi urġenti.
Bis-saħħata’ dan il-ftehim il-Maltacom intrabtet li tistalla sistema u apparat aktarmodern biex tissostitwixxi dak tal-lum li issa ilu jaħdem għal tlettaxil-sena. Din it-teknoloġija għandha mhuxbiss ittejjeb is-servizz imma wkoll tagħmilha aktar faċli lill-impjegati biexjamministraw dan is-servizz li jitlob dedikazzjoni u mħabba lejn l-anzjani.
EventwalmentMaltacom bi ħsiebhom joffru dan is-servizz għaldawk kollha li m’humiex eliġibbli għar-ratisussidjati, kif ukoll jipprovdu numru ta’ faċilitajiet oħraabbinati mas-servizz tat-Telecare bħal fire alarm, intruder alarms u motiondetectors fost oħrajn.
DOI - 09.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en