Left arrow Mur Lura

AFFORESTAZZJONI - GHAXART ITMIEN GHAT-THAWWIL TA’ SIGAR F’TA’ QALI

PR1273
Date Icon 09/08/2004

No. 1273

Afforestazzjoni - Ghaxartitmien ghat-thawwil ta’ sigar f’Ta’ Qali

Il-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent,George Pullicino dalghodu zghar xi xoghlijiet li saru dan l-ahhar fil-Park ta’Ta’ Qali u ohrajn li ghadu ghaddej xoghol fuqhom.

F’diskors li ghamel, il-Ministru Pullicino waqt likien qed izur ix-xoghlijiet semma kif zona estensiva li kienet mitluqa umimlija terrapin, issa tnaddfet u giet zviluppata f’area ohra ghat-thawwiltas-sigar.  Din ghandha zewgt oqsma. 

Naha minnhom diga’ tlestiet billi nholqot gholja lifuqha nzerghu aktar minn 200 sigra. Il-Ministru qal li b’kollox s’issa nbnew aktar minn 800 metru ta’ hitantas-sejjiegh u terrazzini fejn ser ikomplu jithawwlu s-sigar sa l-ahhar ta’ dinis-sena.  Sar ukoll hafna xoghol ta’cangatura bil-franka (madwar 12,000) fuq is-snin li ghaddew u ser jinfetah dhuliehor minn got-triq ghal dan ic-Cirku tal-Ballut, li jgib l-isem tieghumill-predominanza ta’ sigar tal-Ballut li qed jithawwlu. 

Dan ix-xoghol kollu sar mill-haddiematad-Dipartiment tal-Parks, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja (P.A.R.K.), user jitlesta f’Ottubru li gej.

Il-funzjoni tal-Unit li jissejjah P.A.R.K. - Parks,Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja huwa li jimplimenta u jimmaniggjaprogetti ta’ parks u afforestazzjoni waqt li jiffoka wkoll fuq numru ta’progetti ta’ restawr tal-kampanja f’siti u rotot specjali. 

Il-Ministru Pullicino semma wkoll li nbeda zviluppta’ zona gdida ta’ madwar ghaxart itmiem ghat-thawwil ta’ sigar f’Ta’ Qalibhala parti mill-progett nazzjonali ta’ Afforestazzjoni.  S’issa ngabret il-hamrija utnaddfet area gewwa il-Park eziztenti. Din qed tigi ppreparata biex jithawwlu numru kbir ta’ sigar Maltin uohrajn li jirraprezentaw pajjizi Ewropej. Din l-area qed tigi ntegrata ma’ dik li qed tigi zviluppata bhalar-Roots Circle, fejn jitwahhlu sigar sponsorjati minn emigranti Maltin.  F’dawn l-akwati hawn zona ohra ta’ sigarmghotija minn Sqallija fis-snin disghin meta nbeda l-Park.  Dawn is-sigar issa kibru gmielhom u dan l-ahhartwahhlu wkoll xi bankijiet biex din l-area tintuza ahjar mill-pubbliku.

Il-Ministru Pullicinofakkar li qed issir xoghol fuq hames siti fejn qed issir thawwil ta’ sigarfit-tlett snin li gejjien. Dawn is-siti huma,

·      l-estensjonital-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali,

·      l-estensjoni ta’ Kennedy Grove,

·      l-Ghadira taht it-Torri l-Ahmarmal-Birdlife u Din l-Art Helwa,

·      Xrobb l-Ghagin, (ex-Deutsche Welle)man-Nature Trust. u

·      Park Nazzjonalif’Delimara.

Il-Ministru Pullicinoqal li dawn il-progetti ma rriduhomx li jkunu progetti tal-Gvern izda rridu lijkun ta’ kulhadd.  Kemm jista’ jkun,irridu nahdmu id f’id ma’ kull qasam tas-socjeta’, inkluz ghaqdiet volontarjiambjentali, industrija, l-iskejjel, il-unions, is-settur privat ul-pubbliku. 

Qed jitlesta l-ufficcjucentrali ghad-Dipartiment li jamministra l-Parks u progetti ta’afforestazzjoni.  L-Ufficcju ser ikun taht it-tarag tat-Teatru Grieg f’ Ta’Qali.  Qed isir xoghol ta’ damp proofing u titjibfit-turgien u fuq barra tat-Teatru.

F’gheluq id-diskors tieghu, il-Ministru ma naqasxmilli jirringrazzja lil kumpanija Farsons li ghenu bi ‘sponsorship’ghax-xoghlijiet mehtiega biex il-funtana fid-dhul principali ta’ dan il-parkgiet riabilitata, kif ukoll irringrazzja lill-haddiema tad-Dipartimenttal-P.A.R.K. fil-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent li qed iwettqutiswijiet u xoghol iehor ta’ tisbih f’Ta’ Qali. 

Doi – 09.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow