Left arrow Mur Lura

SINJALI ĊARI TA’ EKONOMIJA LI QED TIRPILJA

PR1271
Date Icon 07/08/2004

IS-SIBT 7 TA’AWISSU, 2004

Nru. 1271

Sinjali ċari ta’ekonomija li qed tirpilja

Jeżistu sinjali ċari li l-ekonomija Maltija qedtirpilja u li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom kunfidenza fis-suq. Dan kienil-messaġġ prinċipali tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi meta llum f’Kastiljaindirizza lill-ġuranalisti waqt il-laqgħa tiegħu ta’ kull xahar mal-media.

Il-Prim Minsitru ta’ ċ-ċifri tax-xejriet pożittivifl-ekonomija li huma konferma li l-politika tal-Gvern qed tirrendi riżultatipożittivi.

o   Fost l-aktar importanti huwal-fatt li l-investiment barrani f’Malta matul l-ewwel tlett xhur ta’ dinis-sena żdied b’19-il Miljun  metamqabbel ma’ l-ewwel tlett xhur tas-sena l-oħra;

o   Fl-istess waqt bejn Jannar uĠunju ta’ din is-sena ġiet registrata żieda ta’ 23% fin-numru ta’ negozji ġoddameta mqabbla ma’ l-istess perjodu s-sena l-oħra u 21.5% fir-registrazzjoni ta’kumpaniji ġodda;

o   Meta ta’ ħarsa lejn il-qasamtal-investiment u l-manifattura, l-Prim Ministru elenka wkoll ix-xejrietpożittivi li qed jesperjenza dan il-qasam. Fl-istess waqt rajna żieda ta’ 3.2%fit-turnover tal-manifattura, filwaqtli dan is-settur żied l-investiment tiegħu b’aktar minn 65%. It-turnoverindustijali f’Mejju ta’ din is-sena kien 7.8% aktar minn Mejju tas-sena l-oħra.

o   Fis-settur tas-servizzif’Marzu ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 8.5% fix-xiri tal-karozzi; żiedata’ 16.2% fil-qasam tal-wholesale użieda ta’ 4.8% fil-qasam tar-retailmeta mqabbla ma’ l-istess perjodi tas-sena l-oħra;

Dawn ix-xejriet ikomplu jiġu kkonfermati mill-istatistikadwar il-konsum:

o   Bejn Ġunju ta’ din is-sena udak tas-sena l-oħra, l-Maltin ġemmgħu aktar għaliex id-depożiti fil-banekżdiedu b’9.5 %. Interessanti wieħed jinnota wkoll li matul din is-sena n-numruta’ Maltin li vjaġġaw barra minn Malta bl-ajru żdiedu b’27.4% filwaqt lil-ammont ta’ Maltin li marru fuq vaganza cruise żdiedu b’25% meta mqabblamas-sena l-oħra;

o   Kien hemm wkoll tnaqqisf’dak li jissejjaħ it-trade gap,peress li l-importazzjoni ta’ prodotti għall-manifattura u l-konsum naqsu b’1.5%filwaqt li l-esportazzjoni espandiet b’3.5%;

o   Fil-qasam tal-impjiegi hemmwkoll xejriet pożittivi fejn minn Frar sa’ Gunju ġie reġistrat tnaqqiskonsistenti fin-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw taħt l-ewwel partitar-reġistru mal-ETC;

o   Filwaqt li l-inflazzjonif’Ġunju għoliet xi ftit meta mqabbla ma’ Ġunju tas-sena l-oħra (+0.78%) ġietreġistrata żieda ta’ 2.3% fid-dħul medju tal-ħaddiema. Żdied wkoll bi 3.4%il-flus fl-idejn. Dan ifisser li l-għoli tal-ħajja kien anqas miż-żiedafid-dħul medju tal-familji Maltin. L-istatistika turi biċ-ċar li dan il-fatturgħen mhux ftit sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq tant li l-familji Maltinqed iħossuhom aktar komdi li jisselfu biex jixtru djar kif tindikal-istatistika permezz ta’ żieda ta’ 22.6%.

Fir-rigward taċ-ċifri dwar il-finanzi tal-Gvern,il-Prim Ministru semma kif matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena ġiet kontrollataż-żieda fin-nefqa tal-Gvern filwaqt li permezz tal-miżuri mħabbra fil-Budgettal-2004 id-dħul rikorrenti żdied b’5.3%. Dan għen sabiex id-deficit stutturalital-pajjiż fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena naqas b’14.3%

Filwaqt li esprima l-ottimiżmu tiegħu fil-kuntestta’ dawn ix-xejriet, il-Prim Ministru semma li xorta rridu nibqghu kawti. Hemmzviluppi li qed isehhu li jista jkollhom effett negattiv fuqna, fosthomiz-zieda fil-prezz taz-zejt.

Il-Prim Ministru żied jgħid li hemm numru ta’ sfidili għad iridu jingħelbu. Fost l-isfidi l-aktar importanti il-Prim Ministrusemma l-qasam tal-impjiegi, it-trażżin tad-defiċit tal-Gvern u t-titjibfil-kwalita’ tat-turiżmu.

Fil-qasam ta’ l-impjiegi, l-Prim Ministru Gonziħabbar li fil-ġranet li ġejjin ser jiġi ppubblikat għall-konsultazzjoni,il-Pjan Nazzjonali dwar l-Impjiegi, liema pjan ser jifrex il-miżuri li serjieħu l-Gvern sabiex jistimola dan il-qasam daqshekk imporanti anki jekkfix-xhur li għaddew beda jinħass titjib inkoraġġanti. Il-maġġoranza ta’ dawnil-miżuri ser jirrikjedu aktar attenzjoni fuq l-edukazzjoni ta’ matul il-ħajja,it-taħriġ mfassal skond il-bżonnijiet tas-suq, u l-incentivi neċessarji biexpersuna issib u tibqa’ b’impjieg.

Il-Pjan ta’ Konverġenza minn naħa l-oħra jindirizzail-problema tad-defiċit strutturali fil-finanzi pubbliċi. Għalkemm jidher lil-Gvern jinsab fit-triq it-tajba xorta għad baqa sfidi kbar li hemm bżonn lijingħelbu sabiex b’hekk igawdi kulħadd. Il-Prim Minstru qal li matul ix-xhur liġejjin il-Gvern ser ikompli bil-programm ta’ riformi kemm fil-prattiċitax-xogħol kif wkoll fir-rigward tal-kontroll tal-ispiża tal-Gvern, sabiex jekkjista’ jkun jinkisbu riżultati aqwa minn dak li ġie mfassal fil-Pjan ta’Konverġenza.

Fil-qasam tat-Turiżmu, il-Prim Ministru semmal-bżonn li dan ikun proġett nazzjonali. Għalkemm f’Ġunju jidher li kien hemm żieda ta’ 8.1% fuq l-ammont ta’turisti li ġew Malta f’Ġunju tas-sena l-oħra, xorta waħda hemm bżonn ta’ażżjoni aktar ko-ordinata u ffukata fuq dan is-settur. L-ambjent u l-indafa,it-toroq, il-proġetti ta’ tisbiħ, il-kultura u l-wirt nazzjonali flimkienmat-tlestija ta’ proġetti kapitali, kemm dawk li qed isiru kif wkoll dawkġodda, ser jingħataw prijorita fis-snin li ġejjin.

F’dan kollu, il-Gvern huwa determinat li jibqa’jagħti attenzjoni ffukata u qawwija fuq il-qasam soċjali biex jigi żgurat likulħadd jimxi ‘l quddiem u ħadd ma jibqa’ lura.   Mikejja l-investiment kbir fil-qasamsoċjali, dejjem jibqa’ r-riskju ta’ sezzjonijiet tas-soċjeta’ Maltija li jaqgħuf’riskju ta’ faqar jew esklużjoni.  Biexdan ikun indirizzat b’mod dejjem aktar effikaċi, il-Gvern għadu kemm lestal-ewwel Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inklużjoni.  Dan il-Pjan tfassal wara proċess qawwi ta’konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali, mas-soċjeta’ ċivili ul-organizzazjonijiet pubbliċi u volontarji involuti fil-qasam soċjali.  Flimkien mal-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwarl-Impjiegi, il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar l-Inkluzjoni jipprovdu il-qafasgħal żvilupp soċjali ġdid u ffukat dejjem aktar lejn dawk li l-aktar għandhombżonn l-għajnuna tas-soċjeta biex jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-iżvilupp ta’pajjiżna.

Il-Prim Ministru għalaq billi tenna li sabiex Maltatikber fl-Ewropa hemm bżonn tal-parteċipazzjoni ta’ kulħadd. Is-sieħba soċjaliu s-soċjeta’ ċivili għandhom sehem importanti x’jagħtu fit-tfassiltal-ġejjieni. L-isfidi jistgħu jingħelbu biss jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħedfl-interess nazzjonali u bil-galbu, mingħajr diżgwid soċjali, imma b’fehma sodali pajjiżna jista’ jiżviluppa u jirrendi ġid għal kulħadd.

DOI - 07.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow