Left arrow Go Back

INAWGURAT UFFICJALMENT IL-PROGETT TA’ TISBIH FIX-XAROLLA

PR1270
Date Icon 06/08/2004

Nru.1270

InawguratUfficjalment Il-Progett Ta’ Tisbih Fix-Xarolla

Il-progett tal-Mithnatax-Xarolla fiz-Zurrieq bla dubju ta’ xejn hu progett iehor importanti liwettaq il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura fis-sensiela ta’ progettita’ restawr u rijabilitazzjoni ta’ bini b’valur storiku u kulturali.

Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-InfrastrutturaNinu Zammit waqt l-inawgurazzjoni ufficjali ta’ dan il-progett. Matul dinl-inawgurazzjoni tqassmu wkoll certifikati lil haddiema fi hdan it-Taqsimatax-Xoghlijiet li  attendew kors fuq is-senghatal-bini tal-hitan tas-sejjiegh mtella’ mill-Kunsill Konsultattiv fuq il-Bini(BICC).

Il-Mithna tax-Xarollatinkludi fiha mhux biss il-Mithna, imma wkoll katakombi, il-kappella uc-cimiterju ta’ Sant’ Andrija. Il-Ministru Ninu Zammit spjega kif dan is-sit ilumitluq ghal diversi snin. Wara li kienu saru xi xoghlijiet fuq il-Mithnannifisha giet imhammla parti madwar il-Mithna li kienet qed tikkawza hsarafil-gebla sakemm nhadmu mill-gdid il-livelli biex saru kif suppost.  Barra minhekk, il-Ministru NinuZammit spjega wkoll ix-xoghol importanti ta’ restawr li sar fil-kappella ta’Sant’ Andrija.  Interessanti lifilwaqt  li din il-kappella ma kinetxtidher minn barra, issa li tnehha l-hajt li kien hemm quddiemha u sar bini ta’hajt baxx bit-talut flimkien ma’ railings dekorattivi, din il-kappella tistatitgawda wkoll minn barra.

Tnaddfet ukoll l-area fejn hemm il-katakombi fejn waqtil-fazi ta’ tindif gew eskavati tlett oqbra godda. Hemmhekk sar pavimentar gdidu sar ukoll access elevat permezz ta’ l-injam (moghdija) bl-iskop li min izurdawn il-katakombi, Maltin u turisti, ikunu jistghu jgawdu dan il-post tassewsabih. Ma’ dan ix-xoghol kollu giet installata sistema gdida tad-dawl li matulil-lejl taghti dehra pittoreska lil dan is-sit.

F’dan il-progett, lil-Ministru Ninu Zammit sejjahlu park arkeologiku zghir, intuzaw materjalidifferenti, sahansitra materjal importat. Grazzi ghal dan il-progett, inbniet ukoll triq gdida li permezz taghhaqed ikun immanigjat ahjar it-traffiku.

.../...

Ix-xoghlijiet ghaldarb’ohra saru kollha mill-haddiema tal-Ministeru ghar-Rizorsi ul-Infrastruttura. Dan jikkonferma li l-process ta’ ristrutturazzjoni fi hdandan il-Ministeru issa qabad ir-ritmu mixtieq.

Waqt li prezenta c-certifikati lill-70haddiem li temmew b’success kors fil-bini tal-hitan tas-sejjiegh, il-MinistruNinu Zammit stqarr li dawn il-korsijiet qed isiru sabiex ir-rizorsi umani fihdan il-Ministeru jigu mharrga ghal xoghol li qed isir u se jigi mwettaqfix-xhur li gejjin. Il-Ministru fakkar li apparti minn dan il-kors, il-BICCnieda wkoll korsijiet fis-sengha tal-hadid, fis-sengha tal-bini, fit-tqeghidta’ pavimentar, fit-tikhil u fir-restawr. Dan kollu qed isir bil-ghan lil-haddiema tad-Divizjoni tax-Xoghlijiet ikunu attrezzati u mharrga sabiexprogetti bhal dawn tax-Xarolla isiru b’mod professjonali u fuq standardsstabbiliti.

Finalment il-MinistruNinu Zammit enfasizza li l-Gvern jemmen li r-restawr jaghti l-hajja lill-wirttaghna.  Pajjizna hu moghni b’hafna wirtstoriku imprezzabbli u mill-isbah u ghalhekk ilkoll ahna fid-dover li naghmluhilitna kollha biex naghtu l-hajja lil dan il-gawhar prezzjuz. U holqaimportanti f’din il-katina hi l-Mithna tax-Xarolla li x-xoghol fuqha issatlesta biex din tista’ titgawda minn kulhadd.

DOI – 06.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow