Left arrow Mur Lura

Il-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA, ROMANO PRODI

PR127
Date Icon 04/02/2004

Il-Prim Ministru, l-Onor. Eddie Fenech Adami, llum ħalla Malta għal Brussel fejn se jiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi u mal-Kummissarju responsabbli għall-Politika Reġjonali, Michel Barnier. 

Wara dawn il-laqgħat, il-Prim Ministru se jipparteċipa fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew.  Il-parteċipanti f’dan il-Kungress se jiddeċiedu dwar il-Programm ta’ Azzjoni 2004-2009 u l-Manifest Elettorali tal-Partit Popolari Ewropew. 

Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Onor. Jason Azzoppardi u mill-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Richard Cachia Caruana. 

Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada, il-Ħamis 5 ta’ Frar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow