SKOLASAJF 2004: ANIMAL AWARENESS DAY
IL-ĠIMGĦA, 6 TA’ AWISSU 2004
Nru. 1269
SKOLASAJF 2004: ANIMAL AWARENESS DAY
Skolasajf toffril-opportunità lill-istudenti ta’ programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhurtas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbuu jitgħallmu ma’ sħabhom.
Skolasajf 2004 hiprogramm f’Malta u Ghawdex għal madwar 4000 tifel u tifla mir-raba’, il-hames,u s-sitt klassi li jattendu l-iskejjel primarji ta’ l-iStat, Knisja uIndipendenti. Skolsajf titmexxa minn madwar 260 studenti universitarji u madwar130 kapijiet/assistenti kapijiet/ għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-ċentri.Tfal li jattendu l-iskola tal-gvern bl-għajnuna ta’ ‘facilitator’ għandhom dan is-servizz ukoll, filwaqt li t-tfal lijattendu t-tliet skejjel speċjali tal-gvern għandhom programmi apposta. Hemm ukoll 18 il-ċentru fejn qed isir KlabbSajf, programm speċjalizzat ta’ għajnuna edukattiva.
Bħala partimill-attivitajiet ta’ Skolasajf, l-ewwel gimgħa tax-xahar ta’ Awissu hidedikata lill-ħarsien ta’ l-annimali. F’din il-ġurnata jsiru diversi attivitajiet biex titqajjem kuxjenza dwaril-ħarsien ta’ l-annimali kif ukoll biex l-istudenti jiġu mħeġġa jħobbu,jirrispettaw u jerfgħu r-responsabbilta’ ta’ l-annimali domestiċi tagħhom.L-S.P.CA. qed tagħmel żjarat f’diversi ċentri ta’ Skolasajf fejn qed jitwettaqprogramm ta’ tliet sigħat li jwassal messaġġ permezz ta’ sessjonijiet prattiċi,interattivi u edukativi mat-tfal.
It-tema li ntgħażlet għalSkolasajf din is-sena hi ‘Nikbru b’Valuri Sportivi’. Il-Programm hu maħsub lijwassal valuri ta’ impenn, parteċipazzjoni, rispett, kuraġġ ur-responsabbilta’. Fost l-attivitajiet ta’ Skola sajf hemm drama, playlets,letteratura, poeżiji, kanzunetti, wirjiet, u preżentazzjonijiet mill-istudenti.
Il-Ministru Louis Galea qalli hu mportanti ferm li t-tfal tagħna jikbru f’ambjenti li jħaddnu dawnil-valuri. Il-Ministru qal li tradizzjonalment kienet
…/…
il-familja is-sors ewlieniminn fejn it-tfal jitgħallmu x’inhuma l-valuri. Il-Kurrikulu Nazzjonali għamel enfasi fuq il-bżonn li l-edukazzjoni tkunwaħda ħolistika li ma tiffukax fuq l-edukazzjoni akkademika biss. Il-Ministru qal ukoll li l-għożża ta’l-annimali turi kemm pajjiż hu żviluppat u edukat filwaqt li l-moħqrija ta’l-annimali turi nuqqas ta’ rispett lejn il-valuri tal-ħajja. L-edukazzjoni hi l-aqwa mezz biex il-moħqrijata’ l-annimali tiġi kkontrollata u eliminata.
Il-Ministru żarukoll sessjoni ta’ Klabbsajf, programm speċjalizzat fi ħdan Skolasajf għal dawkl-istudenti li waqt is-sena skolastika jingħataw edukazzjonikomplementari. Għal dawn l-istudenti,il-Ministru Louis Galea rċieva sponsorship ta’ kotba, CDs u materjal edukattivmill-HSBC Cares for Children Fund. Il-Ministru rċieva wkoll donazzjoni ta’apparat sportiv u materjal edukattiv min Paolo Bonniċi Ltd. li hi ditta litirrappreżenta marka ta’ ċereali hawn Malta.
Louis Galeatkellem ukoll dwar l-iskejjel tas-sajf immexxija mill-privat u qal li f’dawnl-aħħar ġimgħat sar eżerċizzju biex l-iskejjel tas-sajf jiġu rreġistratimal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni bl-iskop li tinstab soluzzjoni għall-kwistjonital-VAT fuq l-iskejjel tas-sajf. LouisGalea sostna li hu jemmen li fil-maġġoranza tagħhom l-iskejjel tas-sajf joffruprogramm edukattiv ta’ l-ogħla valur u għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati bħalaskejjel li joffru programm kurrikulari bħal dak li jiġi offrut fix-xhurtax-xitwa.
DOI 06.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en