Left arrow Mur Lura

INTRODUZZJONI TA’ SATIRA FIL-KARNIVAL

PR1268
Date Icon 05/08/2004

Nru. 1268

INTRODUZZJONI TA’ SATIRAFIL-KARNIVAL

Meta kien qed jipprezentaċertifikati u trofej lir-rebbieħa li pparteċipaw fil-Karnival 2004, il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li, wara seminar organizzatmill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u l-Kummissjoni Nazzjonali Folklornhar is-Sibt 15 ta’ Mejju ta’ din is-sena, kien sar qbil li fil-Karnival 2005jibdew attivitajiet ġodda. Hu qal li kienet qed tiġi kkunsidratal-introduzzjoni ta’ satira li, iżda, ma tkunx ta’ natura politika.

Il-Ministru Zammit Dimechqal li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Karnival ta’ Malta 2004 kienetwaħda rekord b’numru sostanzjali ta’ karrijiet, kumpanniji ta’ żfin umaskaruni.  Hu qal li dan ħoloq problemiamministrattivi li l-Kummissjoni Nazzjonali Folklor qed tistudja, biex filwaqtli tinkoraġixxi l-parteċipazzjoni, tindokra l-aspett finanzjarju u loġistikufit-tfassil tal-programm ta’ attivitajiet.

Francis Zammit Dimech qal lidin is-sena, il-livell tal-prodott preżentat kien wieħed għoli u li kienproprju dan il-livell għoli li ħeġġeġ aktar nies jattendu għall-attivitajiettal-Karnival, fejn kien hemm attendenza rekord ta’ poplu jassistigħall-isfilata fi Triq Sant’Anna, Floriana.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura qal li l-Gvern kien għadu għaddej bil-ħsieb tiegħu li jsib postijietoħra fejn il-parteċipanti tal-Karnival ikunu jistgħu jippreparaw ix-xogħlijiettagħhom matul is-sena. Hu qal li din is-sena, il-Gvern kien ħa ħsieb inaddafil-Forti Sant’ Iermu.

Hu żied li fil-ġimgħat liġejjin il-Kummissjoni Nazzjonali Folklor se tiddiskuti mal-parteċipantital-Karnival kif, f’dan il-post, ikun hemm aktar kontroll u ndafa u fl-istessħin jidħlu l-leaders u l-helpers tal-Karnival biex jaħdmugħat-tħejjija tal-Karnival 2005.

Il-Ministru Zammit Dimechqal li fil-frattemp il-Ministeru tieghu se jkompli jaħdem għal soluzzjoni biexikun hemm workshops għall-parteċipanti tal-Karnival, b’faċilitajietaħjar u biex il-post jinbidel f’attrazzjoni turistika li tikkontribwixxi biexlit-turist inkomplu noffrulu dik l-esperjenza li ma jsibx f’pajjiżi oħrajn.

…/…

Francis Zammit Dimech qal liissa li t-turiżmu u l-kultura tqiegħdu taħt ministeru wieħed, il-Ministerutieghu kien qed jaħdem biex il-Karnival jingħata aktar pubbliċita’ barrapajjiżna sabiex fil-jiem tal-Karnival, jibdew iżuruna aktar turisti li jiġuspeċifikament għal din l-attivita’ kulturali u popolari.

Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura ħeġġeġ lil dawk kollha li jagħtu sehemhom biex ikollna l-attivitajiettal-Karnival biex ikomplu jaħdmu flimkien ħalli l-affarijiet jimxu ’l quddiem uhekk isem il-Karnival ta’ Malta u ta’ pajjiżna bħala ġżira kulturali jkomplijinfirex ma’ kullimkien.

DOI - 05.08.04

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow