Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANS AGIUS IZUR BDIEWA FIS-SIGGIEWI

PR1267
Date Icon 05/08/2004

No. 1267

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANS AGIUSIZUR BDIEWA FIS-SIGGIEWI

Waqtzjara li ghamel is-Segretarju Parlamentari ghall-Biedja u Sajd, Dr Frans Agius,irrefera ghall-ahhar News Release mahrug mill-Ufficcju ta’ l-IstatistikaNazzjonali dwar Frott u Hxejjex – Gunju 2004 No. 135/2004 fejn indika li n-nuqqasta’ dhul mill-bejgh tal-Pitkalija indikat kien dovut ghal diversi fatturi.

L-ewwelfattur kien li mill-1 ta’ Mejju 2004 tnehhew il-“levies” u s-suq gieliberalizzat.  Din il-bidla gabet caqlieq fis-suq tal-prodottital-biedja.  Il-konsumatur sab ghazla ta’prodotti agro-alimentari bi prezzijiet imnaqqsa.  Dan firex l-ghazla tal-konsumatur.  L’indici tal-bidu tat-tielet kwart (Lulju2004) tas-sena jindika stabilita ta dan is-suq li minn dejjem kien ivarja minnxahar ghal xahar.

It-tieni fattur huwa li l-maggoranza tal-prodotti liwaqqghu l-prezz huma prodotti li ma kellhomx kompettizzjoni minn prodottiagrikoli importati, bhal per ezempju pastard, kabocci u qara baghli.

It-tielet fattur huwa li l-produzzjoni ta’ frottlokali bhal nuciprisk, hawh u ghajnbaqar kienet 3 darbiet iktar mis-senal-ohra.

Ir-raba fattur kien li l-incidenza ta’ mard fuq l-ucuhargrikoli kienet baxxa u dan fisser fi produzzjoni ta’ aktar minn 0.3 miljunkilogrammi.

Is-Segretarju Parlamentari Agius qal li il-gvern kienghaqli ghax anticipa ghal dawn il-fatturi u b’hekk waqqaf is-sussidjughal-bdiewa taht l-iskema SMPPMA.  MinnApril sa Gunju sena 2004, il-Gvern se jkun ihallas sussidju fuq hxejjex u frottl’ammont ta’ LM207,784.  Din iz-ziedaqeghda taghmel tajjeb ghan-nuqqas li kien hemm fil-bejgh b’aktar minn 41%tat-total kollu li jidher bhala nuqqas ta’ bejgh matul ix-xhur ta’ April, Mejjuu Gunju 2004.

Ma din il-mizura ta’ ghajnuna il-bidwi nghata LM10kull tomna li jahdem u Lm10 kull tomna mizrugha patata.  Dan barra ghajnuniet ohra li hemm fl’iskemata l-izvilupp Rurali 2004-2006.

Is-Segretarju Parlamentari Frans Agius kompla li barrail-mizura ta’ ghajnuniet il-Gvern ha hsieb biex dan is-settur jigi aktar fuqsaqajh billi qieghed jghin lill-bdiewa iwaqqfu l-ghaqdiet tal-produtturi.  Dan huwa mod kif il-bidwi jeduka u jirristrutturail-pozizzjoni tieghu filwaqt li qieghed jinghata pariri u tahrig biex iffassalil-manigg ta’ l-ucuh bl’aktar mod vantaggjuz fis-suq kompetittiv.

L-akbarzvilupp li qieghed isir huwa it-twaqqif ta’ facilitajiet ta’ “grading station”,“cold storage” u “packaging” ghall prodotti friski li jinbieghu mill-pitkali.

Dan l-izvilupp li se jiswa 1.43 miljun Euro gejmill-Hames Protokol Taljan.  Dan kollujindika kif il-Gvern qieghed ihares lejn dan is-settur b’mod integrali bil-ghanli l-qasam tal-biedja ikun qieghed ihalli aktar profit u l-bdiewa jibqu’ jahdmur-raba’ taghhom.

L-Onor. Francis Agius indika kif id-dulliegh u il-hawhhuma l-ikbar ucuh tal-frott li jinbiegh fil-Pitkalija u matul din is-sena kienhemm produzzjoni ta’ 16% iktar dulliegh mis-sena l-ohra li rrifletta fi dhulta’ 159% iktar u ghaldaqstant huwa rekord ghal dawn l-ahhar hames snin.  F’dak li huwa hawh, il-piz kien ta’ 132%iktar mis-sena li ghaddiet filwaqt li halla dhul ta’ 79% iktar.  Dan meta wiehed iqis li meta tikberil-produzzjoni jitbaxxa l-prezz. Is-Segretarju Parlamentari  temmighid li s-sussidju fuq dawn iz-zewg ucuh tal-frott din is-sena minn Mejju saLulju se jaqbez Lm135,000.

DOI –05.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow