GĦAJNUNA MILL-UNJONI EWROPEA LID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA BIEX TIMPLIMENTA L-‘ACQUIS COMMUNITAIRE’
NO.1263
Għajnunamill-Unjoni Ewropea lid-Diviżjoni tas-Saħħa biex timplimenta l-‘AcquisCommunitaire’
Issa li Malta saret membru ta’ l-UnjoniEwropea għandha obbligi x’tosserva dwar iċ-ċaqliq ta’ persuna minn pajjizgħall-ieħor, li joħorġu mir-regoli 1408/71 u 574/72 li jittrattawil-ko-ordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali.
Dawn ir-regoli jikkonċernaw il-movimentħieles ta’ persuni fil-European EconomicArea. Ir-regoli jiffukaw fuq erba’prinċipji: l-applikazzjoni ta’ liġi komuni, trattament ugwali, iż-żammatad-drittijiet miksuba u ż-żamma tad-drittijiet matul l-proċess ta’ kisba.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kurafil-Komunità flimkien mal-Ministerutal-Familja u Solidarjetà Soċjali, huwa responsabbli biex jamministrawbenefiċji għall-Maltin li jmorru barra u barranin li jiġu fostna.
Biex ikun jista’ jikkonformamar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropeja u jamministra numru ta’ skemi tas-sigurtàsoċjali u kura medika fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropeja il-Ministeru tas-Saħħau Kura fil-Komunità waqqaf Taqsima apposta biex timplimenta l-provedimentitar-regolamenti. Dan beda jsir mill-lta’ Mejju li għadda.
Peress li dan ix-xogħol huwa wieħedkomplikat u jitlob ukoll taħriġ għall-impjegati, l-Ministeru fittex l-għajnunata’ l-Unjoni Ewropeja. Wara sejħagħall-offerti mill-Kummissjoni Ewropeja, il-Ministru wasal fi ftehim ta’ twinningma’ organizzazzjoni mir-Renju Unit msejħa NICARE.
F’Diċembru 2003 ġie iffirmat ftehim li kien jinkludiprimarjament pjan ta’ taħriġ speċifiku għall-ufficjali fid-Diviżjoni tas-Saħħakif ukoll taħriġ ġenerali għall-diversi mpjegati li jaħdmu fl-isptarijiettal-gvern u ċentri tas-Saħħa f’Malta u Għawdex.
Dan it-taħriġbeda f'Jannar li għadda u wasal biex jiġi konkluż dan ix-xahar. Minbarra l-benefiċċji ta' dan l-istess taħriġ,it-Taqsima qegħda tiżgura illi l-pubbliku Malti speċjalment metajkun f'xi wieħed mill-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropeja fuqbażi permanenti jew temporanja, jibbenefika mill-provvedimenti tar-regolamentili jirrigwardja l-kura medika. Dan isirb'kollaborazzjoni sħiħa mad-Dipartimenttas-Servizzi Soċjali. Din it-Taqsima għandhaobbligi oħra lejn ċittadini tal-Unjoni Ewropeja li jkunu Maltagħal xi raġuni jew oħra.
Dan il-proġett,ta' twinning li jiswa b'kollox168,000 Euro, qiegħed jiġi mħallas minn fondiapposta allokati mill-Unjoni Ewropeja.
DOI -04.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en