Left arrow Mur Lura

AKTAR FAĊILITAJIET GĦALL-ISTUDENTI TA’ L-MCAST

PR1262
Date Icon 04/08/2004

NO.1262

AktarFaċilitajiet għall-Istudenti ta’ l-MCAST

“Hu mistenni li sal bidutas-sena akkademika l-istudenti se jkollhom diversi faċilitajiet ġoddafil-kampus tal-MCAST f’Kordin.  Bħalissagħaddej xogħol fuq diversi blokok li jinkludu blokk ġdid li fiħ se jkun hemmlibrerija u ċentru għar-riżorsi. Fl-aħħar snin sar investiment kapitali qawwi fil-Kulleġġ biex filwaqt linfetħu Istituti ġodda u żdiedu l-istudenti, il-Kulleġġ setgħa joffrifaċilitajiet tajbin għall-istudenti.” Dan qalu l-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea meta żar ix-xogħlijietli qed isiru fl-MCAST. 

Il-Ministru Louis Galea qalli l-MCAST issa għandu disa’ Istituti u Ċentru f’Għawdex.  Il-Ministru qal li kull istitut ġdid liinfetaħ kien mgħammar sew biex ikun jista joffri servizz tajjeblill-istudenti.  Biex l-MCAST ikomplijoffri servizz ta’ l-għola kwalita' qed isir ukoll investiment f'faċilitajietgħall-istudenti u l-lecturers kifukoll għall-amministrazzjoni. Il-faċilitajiet l-ġodda jinkludu Librerija u Learning Resource Centre, Laboratory Block,Canteen, Students' Houseu Common Room, Guidance Rooms, Uffiċini, Gymnasiumu diversi klassijiet u laboratorji. 

Waqt iż-żjara tiegħu,l-Ministru Louis Galea żar il-blokk li fih se jkun hemm il-librerija l-ġdida uċentru għar-riżorsi.  Il-blokk fiħ erba’sulari u se jkun  aċċessibbli għalkulħadd.  Is-sular ta’ fuq se jkunmgħammar b’madwar 110 kompjuter b’aċċess għall-Internet għall-użu ta’l-istudenti.  F’sulari oħrajn hemml-ispażji meħtieġa f’librerija moderna u post fejn aktar minn 200 studentjistgħu jagħmlu r-riċerka tagħhom. Il-blokk se jkollu wkoll post fejn isiru study groups u appoġġ edukattivgħal dawk li jkollhom bżonn kif ukoll faċilitajiet għall-istampar u l-ikkupjaru spazji oħra għall-wirjiet.

Louis Galea ra ukollix-xogħol li qed isir fl-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika fejn tlesta sularsħiħ ta’ laboratorji u klassijiet u fejn qed ikompli x-xogħol fuq il-partijietkomuni tal-blokk, ix-xogħol jinkludi l-istallar ta’ taraġ u bibien ġodda ummodernizzar ġenerali tal-blokk. Il-laboratorji se jiġu mgħammra bl-apparat meħtieġ għat-tagħlim ta’l-inġinerija mekkanika u b’sistemi ta’ saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħolinkluż sistema ta’ shut down komplettas-sistema elettrika. 

Is-sistema tad-dawl fl-MCASTġiet imsaħħa wkoll b’Sub Station ġdidau qed isir xogħol fuq sub stationoħra li hemm bżonn biex il-Kulleġġ ikollu provvista ta’ dawl adegwata.  

Il-Ministru ra wkollix-xogħol li beda fuq il-blokk amministrattiv li għalkemm mhux se jkun lest sameta tibda s-sena akkademika hu mistenni li parti minnhu (l-East Wing) tkunlesta sa April li ġej.  Il-blokkamministrativ se jkun jinkludi canteengħal madwar 300 persuna bil-qiegħda ġewwa u madwar 100 oħra barra.  Il-blokk jinkludi wkoll ukoll l-iStudents' House u l-Common Room, Guidance Rooms,Uffiċini għall-amministrazzjoni u spazji oħrajn.  Qed isir ukoll xogħol fuq il-faċilitajietsportivi tal-Kulleġġ u lifts f’block B u fl-Istitut ta’ l-Arti u d-Disinnf’Tarġa Gap.

Il-Ministru Louis Galea qalli biex dan jitwettaq kien hemm bżonn ta' investiment kapitali sostanzjali ul-Gvern ikkommetta madwar 4 miljun lira fl-aħħar snin biex il-kulleġġ wasalfejn wasal s’issa.  Hu tenna li l-Kulleġġgħad fadallu triq twila quddiemu u diġa hemm pjanijiet u proġetti li qedjinħmew.  Louis Galea qal li l-Kulleġġgħandu diversi proġetti quddiem l-ERDF (European Regional Development Fund) libejniethom ifissru investiment ieħor ta’ madwar żewġ miljun Ewro.  Il-fondi se jmorru biex fost oħrajn issirestenzjoni ta’ block eżistenti biex l-Istitut tal-Kura fil-Kommunita’, libħalissa hu maqsum f’żewġ postijiet jingħaqad f’post wieħed f’Kordin.  Proġett ieħor li hu maħsub hu Ċentru ta’ Kuragħat-Tfal (Childcare Centre) biex il-Kulleġġ ikun jista jaqdi aħjar ir-rwoltiegħu ta’ istituzzjoni ta’ tagħlim tul il-ħajja.   

Louis Galea qal li dan juril-impenn tal-Gvern fil-qasam tat-tagħlim vokazzjonali u teknoloġiku.  Il-ftuħ ta' l-MCAST hu pass importantifil-mixja twila li trid issir biex il-qasam tat-tagħlim vokazzjonali jingħata l-importanzali jistħoqqlu.  Il-Ministru qal lil-Gvern se jkompli jaħdem biex l-MCAST jieħu postu bħala t-tieni kolonna ta'l-edukazzjoni għolja ma' ġemb l-Universita'. 

L-MCAST żviluppaf’istituzzjoni edukattiva popolari u dan jixhdu in-numru kbir ta' studenti likull sena qed japplikaw biex jidħlu fl-MCAST.  Għall-ewwel sejħa għal korsijiet full-timeli saret din is sena applikaw 2556 persuna (kważi 300 aktar mis-sena ligħaddiet) għat-83 kors li ġew offruti. Louis Galea qal li l-MCAST hu mistenni jkompli jikber kif kibret u setkompli tikber l-Universita' biex noffru l-opportunita' lill-eluf ta' studentili mistennija jkomplu l-istudji tagħhom f'livelli għola kif ukoll biexnipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, biex dan iseħħhemm bżonn naraw kif is-sistemi ta’ ffinanzjar ta’ l-istituzzjonijiet ta’edukazzjoni għolja jistgħu ikomplu jaħdmu b’mod sostenibbli fil-futur u kifdawn se jimmassimizzaw ir-riżorsi u l-opportunitajiet li hemm.

DOI – 04.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow