Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-E.T. IL-PRESIDENT TA’ MALTA LILL-EMIGRANTI MALTIN FIL-PALAZZ IL-BELT VALLETTA - L-ERBGĦA 4 T’AWISSU 2004

PR1261
Date Icon 04/08/2004

NO.1261

DISKORSMILL-E.T. IL-PRESIDENT TA’ MALTA LILL-EMIGRANTI MALTIN FIL-PALAZZ IL-BELTVALLETTA - L-ERBGĦA 4 T’AWISSU 2004

Irrid l-ewwelnett nirringrazzjakom talli għoġobkomtagħmlu lili din il-viżta ta’ kortesija. Fit-terminoloġija li nużaw dan iż-żmien, aktar milli emigranti Maltininsejħulkom Maltin ta’ barra.  Din hijatifsira tajba, għaliex illum kull Malti li għażel li jgħix barra minn Maltagħandu d-dritt kostituzzjonali li jibqa` ċittadin Malti filwaqt li, jekk irid,jieħu ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor ukoll. 

Illum li tkun Malti jġib ukoll id-dritttaċ-ċittadinanza fl-Unjoni Ewropeja li tagħti drittijiet ġodda li aħna l-Maltinma kellniex qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

Il-fatt li intom Maltin bħalna,  jagħtikom rabta ma’ dak kollu li jfisser litkun Malti.  Jien inħobb insaqsi lilinnifsi kultant żmien għaliex inħossni kburi li jiena Malti.  Biex nifhem sew l-għaliex, irrid nifhem minhu l-Malti.

Malta hija waħda mill-iżgħar gżejjer fil-Mediterraniżda hija wkoll waħda ta’ storja li tmur lura eluf ta’ snin.  Għalija huwa kważi misterjuż kif dinid-daqsxejn ta’ gżira għandha l-eqdem bini tal-ġebel wieqaf li jeżistifid-dinja.  Illum huwa aċċettatmix-xjenzjati, li t-tempji megalitiċi tagħna nbnew mas-seba’ telef sena ilu.

X’żamm il-Maltin bħala poplu f’din il-gżira?  Kif għidt fid-diskors inawgurali tiegħi bħalaPresident, nemmen li karatteristika ewlenija tal-poplu Malti huwa t-twemmintiegħu f’Alla, Omnipotenti u Omnipreżenti li jipprovdi għall-kreaturikollha.  Dan it-twemmin fil-provvidenzajwassalna biex bħala poplu ngħixu l-prinċipji tas-solidarjeta`.  Il-Malti jimpurtaħ minn għajru kemm jekk huwal-ġar li joqgħod bieb ma’ bieb, kemm jekk huma persuni fil-bżonn f’xi art oħra.

Naħseb li intom il-Maltin ta’ barra tifhmu danis-sentiment aktar minna li bqajna ngħixu fi gżiritna.

Is-solidarjeta` hija l-qofol ta’ kull ħidma politikafi stat modern u demokratiku.  Dmir ta’kull gvern huwa li joħloq dak l-ambjent meħtieġ biex kulħadd jgħix ħajjadiċenti.  Għandna biex nirringrazzjawl’Alla li l-pajjiż hekk mexa għal bosta snin. Tixduħ dan intom stess li tgħarfu taraw id-differenza fil-livell ta’l-għejxien li għandna llum mqabbel maż-żminijiet li fihom intom ħallejtu Malta.

Jekk nibqgħu fidili għall-valuri li ħaddanna tulis-sekli, jiena nemmen li l-ġejjieni jkun dejjem aħjar mill-llum.  Il-valuri ewlenin tal-poplu Malti kienut-twemmin f’Alla, il-ħarsien tal-familja u s-soliderjeta`.

Illum iżda, dawn l-istess valuri huma mhedda minn ħafna mewġ tal-moderniżmu.  Is-soliderjeta` hija mhedda mis-sens ta’egoizmu sfrenat li jfittex l-ewwel u qabel kollox is-sodisfazzjon u l-pjaċirpersonali f’kull sens.  Flok inħarsud-drittijiet ta’ kull persuna umana, nużaw u nisfruttaw il-proxxmu.

It-tkattir tal-ġid ekonomiku qed isir skop fiħinnifsu f’lok mezz biex tikber is-solidarjeta`. Il-familja hija mhedda u bosta saru jitkellmu llum fuq diversi tipi ta’familja.  Filwaqt li huwa veru li huwad-dmir ta’ l-istat li jara li ħadd ma jsofri diskriminazzjoni fid-drittijiettiegħu ta’ bniedem, id-definizzjoni tal-familja għandha tibqa` dik vera,jiġifieri ta’ rabta bejn raġel u mara għal dejjem fiż-żwieġ.  Ma nistgħux ngħidu li l-mewġ qawwi li laħaqpajjiżi oħra ma wasalx fi xtutna wkoll. Hemm bżonn nifhmu x’qed jiġri u nirreżistu.

Malta hija magħrufa bħala pajjiż kattoliku.  Hekk għadu u dan tirrikonoxxieħil-kostituzzjoni ta’ pajjiżna.  Iżda qiegħed jiġri f’Malta wkoll li, f’isemil-liberta` tal-ħsieb jiġu miċħuda jew kontestati veritajiet bażati fuq prinċipji morali u etiċi.

Intom li tgħixu f’pajjiżi oħra dan kollu tafuħ ugħandkom esperjenza tiegħu.  J’Alla dinl-esperjenza tagħkom tgħinna lilna wkoll biex nibqgħu sodi f’dak kollu lijagħmilna kburin li aħna Maltin.

DOI – 04.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow