JITNIEDA L-PROĊESS GĦALL-BUDGET 2005
NO. 1260
Jitnieda l-proċessgħall-Budget 2005
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, għada, ser iniedil-proċess ta’ formulazzjoni tal-Budget 2005 permezz ta’ laqgha ta’ ġurnatamal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ġewwa l-Girgenti.
Filwaqt li ser jingħataw preżentazzjoni dwaril-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-Gvern, il-Prim Ministru ser jelenkal-isfidi u l-miri tal-Gvern għas-snin 2005 sa l-2010.
Dawn il-miri ser ikunu diskussi fil-kuntest tal-Pjanta’ Konvergenza, tad-diskussjonijiet li għaddejjin bħalissa fl-MCESD dwaril-Patt Soċjali, il-Pjan Nazzjonali dwar l-Impiegi, il-Pjan Nazzjonali dwarl-Inklużjoni Soċjali, kif ukoll fil-kuntest ta’ riformi l-ohra li huma ppjanatigħax-xhur li ġejjin.
Dan huwa biss il-bidu ta’ proċess li ghandu jwassalgħat-tfassil tal-Budget għas-sena 2005 f’kuntest ta’ pjan strateġiku li jkopriil-perijodu sa’ l-2010. Il-hsieb tal-gvern huwa li fil-gimghat li gejjin iniediprocess ieħor ta’ konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali fi ħdan il-KunsillMalti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.
DOI – 04.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en