REVIŻJONI FIL-PREZZ TAD-DQIQ
PR1258
03/08/2004
NO.1258
Reviżjoni fil-prezz tad-dqiq
Minħabba li l-prezzijiet tal-qamħ fis-suqinternazzjonali żdiedu, il-prezz tal-konsenji li qed jaslu Malta jirriflettuwkoll din iż-żieda.
Għalhekk minħabba din il-bidla fil-prezz tal-qamħ,il-prezz tad-dqiq għandu jiżdied b’56 ċenteżmu kull xkora ta’ ħamsin kilo.Minħabba dan, u kif ukoll minħabbatalbiet pendenti li kien hemm għall-għoli tal-ħajja - liema allokazzjoni l-aħħar li ingħatat lill-furnara kienetf’Awisssu 2002 - il-Ministeru għall-Kompetittivita` u l-Komunikazzjoni qiegħedjapprova reviżjoni fil-prezz tal-ħobża Maltija.
B’riżultat ta’ dan, il-prezz tal-ħobża Maltija (kemmżgħira u kbira) ser jiżdied b’ ċenteżmu (1c). Dan jidħol fis-seħħ b’effett minn għada.
DOI – 03.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en