Left arrow Mur Lura

XOGHOL AVVANZAT TA’ TISBIH FIL-PJAZZA TA’ HAL-SAFI

PR1257
Date Icon 03/08/2004

NO.1257

Xogholavvanzat ta’ Tisbih fil-pjazza ta’ Hal-Safi

Wahda mill-prioritajietewlenin tal-Ministeru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura hija li jsebbah il-pjazezta’ l-irhula Maltin. Xhieda ta’ dan huwa t-tisbih fil-pjazza ta’ Hal-Safi lisar mit-Taqsima tax-Xoghlijiet fi hdan dan il-Ministeru.

Dan ħabbru l-Ministru tar-Riżorsi ul-Infrastruttura Ninu Zammit waqt żjara li ghamel fuq dan il-progett fejn seta’jara dawn ix-xoghlijiet. Fil-bidu tal-progett saru laqghat mar-residenti ta’Hal-Safi fejn gew murija u diskussi l-pjanti. Bis-sahha ta’ dawn il-laqghat,saru xi aggustamenti li kienu maqbula miz-zewg nahat.

Il-MinistruNinu Zammit spjega li dan il-proġett kien jikkonsisti fit-twaqqiegh ta’ hajt likien jghatti parti mill-faccata tal-knisja. Dan wassal ghal diversi tibdiliehor ta’ kostruzzjoni fejn rega’ gie uzat l-istess gebel  tal-hajt mwaqqa’ u gew nkluzi ukoll zewgnicec biex isebbhu din l-istruttura. Il-hajt fuq in-naha tal-kunventtas-Sorijiet Dumnikani kien imwaqqa’ u nbena bi stil rustiku bl-iskop li tidherahjar il-faccata tal-knisja. Il-pavimentar tal-konkos inbidel ghal wiehedb’gebla tal-qawwi. L-arbli tad-dawl mal-genb tnehhew u gew mghoddija il-cables mehtiega.

It-triqfaccata tal-knisja ta’ Santa Marija giet zona pedonali u sar pavimentartal-gebla tal-qawwi. Il-bankini fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja nbiddlu kollhau gew pavimentati bil-gebla tal-qawwi naturali li kkumplimentaw mal-bqija ta’tisbih li sar fuq iz-zuntier u madwar. Iz-zewg toroq mal-gnub tal-bini “DomusCurialis” gew pavimentati permezz ta’ concreteslabs.

Waqt li kien qed jindirizza lill-gurnalistiprezenti, il-Ministru Ninu Zammit fakkar fl-impenn li l-Gvern qed jaghti lin-naha t’isfel ta’ Malta fejn dalwaqtser jibda x-xoghol ta’ gonna fl-Imqabba u fiz-Zurrieq. Huwa stqarr ukoll lil-Ministeru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura applika mal-MEPA biex isir il-promenade ta’ tisbih li jaghti fuq WiedBabu u jwassal sa Wied iz-Zurrieq.

...../2

Fl-ahharnett, il-PeritNinu Zammit tenna li ghal darb’ohra, progett iehor ta’ tisbih twettaqmill-haddiema tal-Gvern fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura, lidejjem izjed qeghdin jaghtu rizultati sodisfacenti b’iktar efficjenza u b’inqasspejjez. Huwa ghalaq billi sahaq fuq l-importanza li l-pubbliku jaghraf izomml-indafa fil-pjazez u fit-toroq tal-madwar, u jonqos il-vandalizmu, biex dejjemiktar nghozzu l-valur ta’ l-istorja tal-pjazez lokali li jinsabu fil-qalba ta’ l-irhulataghna.

DOI – 03.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow