IPPUBBLIKAT IL-PJAN TA’ ĦIDMA: PJAN B’46 INIZJATTIVA B’RIZQ IS-SELF-EMPLOYED U NEGOZJI ŻGĦAR TA’ PAJJIŻNA
IT-TLIETA: 3 T’awissu, 2004
NO.1255
Ippubblikat il-Pjan ta’ Ħidma: Pjan b’46 inizjattivab’rizq is-self-employed u negozji żgħar ta’ pajjiżna
“Biex Malta tikber fl-Unjoni Ewropea, flimkienirridu niffaċilitaw in-Negozju”. Dinhija l-aġenda tal-Gvern fil-ħidma tiegħu b’risq in-negozji żgħar u s-self-employedta’ pajjiżna.
F’Konferenza ta’l-Aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, ippubblika l-Pjan ta’Ħidma li qed jindika l-objettivi li jridu jintlaħqu bejn Ġunju ta’ din is-senasa Ġunju tas-sena d-dieħla. Wara dinis-sena, jkun jista’ jsir eżerċizzju li jkejjel kemm kienet effettiva dinil-ħidma skond dan il-Pjan ta’ Ħidma.
L-Onor. Edwin Vassalloirrimarka li sabiex dan il-Pjan ta’ Ħidma jkun suċċess, irridu naħdmu flimkienbiex tintlaħaq sinerġija bejn dawk kollha nvoluti. Permezz ta’ din il-hidma flimkien, għandhatkun implimentata l-aġenda tal-Gvern għal din is-sena biex fost is-self-employedu n-negozji żgħar tiżdied l-attivita’ kummerċjali.
“Niffaċilitaw in-negozju” jfisserħidma li għandha twassal biex in-negozju u l-kummerċ ma jkunux mgħobbija bixkiel u burokrazija żejda, iżda jkunu mgħejjuna biex jaħdmu. F’pajjiżna rridu nagħmlu l-ħajja eħfef għalmin irid jagħmel negozju,” qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Issa li pajjiżna beda epokaġdida fl-Unjoni Ewropea qed tingħata attenzjoni speċjali sabiex naraw lif’pajjiżna ma tiżdiedx burokrazija ġdida bl-iskuża ta’ l-Unjoni Ewropea. “Jiena nemmen li flimkien kapaċi nagħmlu minnpajjiżna l-aħjar pajjiż fejn jista’ jsir in-negozju. Nemmen li fil-kummerċ kapaċi noħolqu aktarimpjiegi ġodda. Għandna sfidix’negħlbu. Irridu naraw li nkunu kapaċinapprezzaw iżjed il-ħidma li ssir minn min huwa self-employed, u rridunaraw kif nisimgħu aktar, nikkonsultaw aktar u fid-deċiżjonijiet tagħna nifhmuaktar li meta qed nagħmlu possibbli li jsir in-negozju f’pajjiżna, inkunu qednaħmdu biex ngħinu l-ekonomija tagħna ssir aktar sostenibbli.”
Dwar il-ħidma maħsuba,l-Onor Edwin Vassallo rrimarka li “pajjiżna jikber fl-Unjoni Ewropea daqskemmser inkunu kapaċi nżidu l-attivita’ kummerċjali u daqskemm nagħmluha eħfef lijsir il-kummerċ. Għalhekk l-objettivimaħsuba huma dawn l-46 inizjattiva:
1. Jitkompla l-eżerċizzju ta’ tisħiħ fl-organizzazzjoni ta’ l-Small Business and Crafts Directorate.
2. L-Small Business andCrafts Directorate, jkompli jkun id-Dipartiment tal-Gvern li jispeċjalizza dwarl-organizzazzjoni ta’ eżerċizzju ta’ konsultazzjoni mas-settur tas-self-employed u negozji żgħar.
3. L-iżvilupp tal-Politika Imprenditorjali f’pajjiżna fost id-Dipartimentital-Gvern.
4. Tibda ħidma flimkien mal-Ministerugħall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol biex ikunu identifikati prattiċi li qedjintużaw f’pajjiżi Ewropej biex ixerrdu aktar it-taħriġ fl-imprenditorijafil-qasam edukattiv ta’ pajjizhom.
5. Ikun imwaqqaf Institute for Enterprise.
6. Jibqa’ jingħata kull appoġġ lil Start Up Malta,Young Enterprise u Scoops.
7. Ikunu organizzati żjajjar ta’ studenti għand negozjiu laqgħat fejn imprendituri jiltaqgħu ma’ studenti.
8. Ikunu organizzati laqgħat ma’ studenti fi skejjelsekondarji u fl-MCAST.
9. Ikun imwaqqaf servizz mill-Malta Enterprisegħall-istudenti fl-Universita’ u l-MCAST.
10. L-edukazzjoni fl-Imprenditorija fl-iskejjelsekondarji għandha issib il-qofol tagħha fl-edukazzjoni lejn ir-responsabbilita’ta’ l-individwu.
11. Ikun simplifikat il-proċess li jiddetermina l-prezztal-liċenzja tan-negozju.
12. Ikun issimplifikat il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzjitan-negozju minn Awtoritajiet oħra.
13. Tkun żviluppata l-iskema li tpoġġi 200 tommna ta’spazju għall-Micro Enterprise Parks.
14. Jiġu diskussi issuesli jistgħu ikunu qed joħolqu diffikultajiet għan-nisa biex jibdew in-negozjutagħhom.
15. Tkun reveduta l-liġi li tirregola l-ħruġtal-liċenzji tan-negozju mit-Trade Licensing Unit.
16. L-Small Business and Crafts Directorate tkun żviluppataf’Dipartiment biex tkun tista’ tirrispondi mistoqsjiet ġenerali ta’ min ikunirid jibda n-negozju tiegħu.
17. Għandu jkun introdott l-eżerċizzju ta’ Regulatory ImpactAssessment.
18. Ikun ippubblikat ir-rapport tal-MajorRegulatory Constraints on SMEs.
19. Eżerċizzju li fih l-NSO tkun l-Awtorita’li għandha tikkordina l-ġbir ta’ kull statistika.
20. Ikunu ppubblikati fuljetti b’tagħrifsempliċi dwar liġijiet li jirregolaw in-negozju.
21. Tkun mogħtija prijorita’ lil dawk l-issues fejnnegozji jirrapportaw nuqqas t’effiċjenza.
22. ThinkSmall First għandha tkun il-prijorita’ fil-ħidma tas-Servizz Pubbliku kollu.
23. Ikun mistħarreġ kif Awtoritajiet u Dipartimenti jistgħu jibdewjaħdmu fuq il-proposti ta’ l-għaqdiet kummerċjali għall-liġi tas-ServizzPubbliku.
24. L-Iżvilupp tal-Politika Imprenditorjali fil-komunita’ għandha tkunparti mill-ħidma li tkun qed tikkordina l-Small Business and Crafts Directorate.
25. Il-Ħidma għal aktar effiċjenza u inqasburokrazija tasal ukoll iżjed mad-Dipartimenti jiltaqgħu u jiddiskutu flimkienma’ setturi differenti ta’ Imprendituri.
26. Tkun żviluppata l-konsultazzjoni ma’l-industrija lokali sabiex direttivi fuq standards kif maħruġa mill-UnjoniEwropea jkunu diskussi ma’ dawk interessati fl-industrija lokali.
27. Żoni industrijali privati jkomplu jiġu mogħtijas-servizzi infrastrutturali.
28. Tkun ikkordinata l-ħidma tal-Kunsill Maltigħall-Artiġjanat bi Pjan ta’ Ħidma maħsub li jgħin lil min huwa fl-artiġjanat.
29. Ikun ikkordinat ma’ l-Employment and TrainingCorporation, programm ta’ taħriġ fis-snajja’.
30. Tkun ikkordinata mal-MEPA, ħidma biex Units mibnijafiż-żoni industrijali privati jkunu mogħtija lilhom liċenzja tan-negozju.
31. Issir ħidma kkordinata ma’ l-Awtorita’ għas-Saħħafuq il-post tax-xogħol.
32. Tkompli l-ħidma biex ikun żviluppatil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali.
33. Fil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qaliikun żviluppat IncubationCentre.
34. Ikun organizzat taħriġ fl-użu ta’ l-informatika għalmin huwa negozju żghir jew self-employed.
35. Tkun ikkordinata ħidma mal-Euro InformationCenter sabiex nassiguraw li s-settur imprenditorjali Malti u Għadwxi huwappreparat biex jieħu l-aktar li jista’ mis-sħubija.
36. Jittieħedrendikont ta’ f’hiex jikkonsistu l-ispejjeż tan- negozju.
37. Tkun mistħarrġa l-probabilita’ li r-rata ta’35 % income taxtkun imnaqqsa.
38. Tkun imtejba u żviluppata l-iskema tal-Micro Credit.
39. Ikunu proposti lid-Dipartimenti tal-VAT, emendifil-liġi tal-VAT.
40. Tkompli d-diskussjoni mal-banek biex f’pajjiżna ikunimtejjeb l-aċċess finanzjarju.
41. Ikunu żviluppati skemit’għajnuna finanzjarja għall-innovazzjoni u riċerka.
42. Ikun imfassal Programm ta’ Ħidma mill-Industrial Property Office.
43. Tkun ikkordinata ħidma mal-qasam bankarju f’pajjiżnabiex naraw li jkun possibbli li l-aċċess finanzjarju għan-negozji li qedjiżviluppaw fl-industrija elettronika u ta’ l-informatika bħalma huma ISP’s jiġi mtejjeb.
44. Issir ħidma mal-Malta Enterprise ul-MEPA, biex ikun żgurat li f’kull industrial estate ikun hemm TenantsAssociation.
45. Tkun ikkordinata ħidma mal-Malta Enterprisebiex l-Assoċjazzjonijiet u għaqdiet differenti tal-kummerċ u l-industrija,jkunu jistgħu jagħtu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni.
46. Tkompli l-ħidma biex setturi differenti tal-kummerċikunu organizzati f’Assoċjazzjonijiet.
“Jiena fiduċjuż li din il-ħidma serissir, ser inkomplu nibnu fuq it-tajjeb li għandna. Ħafna xogħol diġa’ għandu bidu tajjeb. Irridu nkomplu nipperswadu li din il-ħidmahija meħtieġa u permezz tagħha nagħmlu ħafna ġid fost dawk li qed ifittxu lijibnu negozju ġdid, fost dawk li diġa’ qegħdin fin-negozju u qed jikkompetu,kif ukoll sabiex naraw li s-suq intern ikun suq organizzat.” Temm jghid l-Onor. Vassallo.
DOI – 03.08.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en