Left arrow Go Back

IPPUBBLIKAT IL-PJAN TA’ ĦIDMA: PJAN B’46 INIZJATTIVA B’RIZQ IS-SELF-EMPLOYED U NEGOZJI ŻGĦAR TA’ PAJJIŻNA

PR1255
Date Icon 03/08/2004

IT-TLIETA: 3 T’awissu, 2004

NO.1255

Ippubblikat il-Pjan ta’ Ħidma: Pjan b’46 inizjattivab’rizq is-self-employed u negozji żgħar ta’ pajjiżna

“Biex Malta tikber fl-Unjoni Ewropea, flimkienirridu niffaċilitaw in-Negozju”.  Dinhija l-aġenda tal-Gvern fil-ħidma tiegħu b’risq in-negozji żgħar u s-self-employedta’ pajjiżna.

F’Konferenza ta’l-Aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, ippubblika l-Pjan ta’Ħidma li qed jindika l-objettivi li jridu jintlaħqu bejn Ġunju ta’ din is-senasa Ġunju tas-sena d-dieħla.  Wara dinis-sena, jkun jista’ jsir eżerċizzju li jkejjel kemm kienet effettiva dinil-ħidma skond dan il-Pjan ta’ Ħidma.

L-Onor. Edwin Vassalloirrimarka li sabiex dan il-Pjan ta’ Ħidma jkun suċċess, irridu naħdmu flimkienbiex tintlaħaq sinerġija bejn dawk kollha nvoluti.  Permezz ta’ din il-hidma flimkien, għandhatkun implimentata l-aġenda tal-Gvern għal din is-sena biex fost is-self-employedu n-negozji żgħar tiżdied l-attivita’ kummerċjali.

“Niffaċilitaw in-negozju” jfisserħidma li għandha twassal biex in-negozju u l-kummerċ ma jkunux mgħobbija bixkiel u burokrazija żejda, iżda jkunu mgħejjuna biex jaħdmu.  F’pajjiżna rridu nagħmlu l-ħajja eħfef għalmin irid jagħmel negozju,” qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Issa li pajjiżna beda epokaġdida fl-Unjoni Ewropea qed tingħata attenzjoni speċjali sabiex naraw lif’pajjiżna ma tiżdiedx burokrazija ġdida bl-iskuża ta’ l-Unjoni Ewropea.  “Jiena nemmen li flimkien kapaċi nagħmlu minnpajjiżna l-aħjar pajjiż fejn jista’ jsir in-negozju.  Nemmen li fil-kummerċ kapaċi noħolqu aktarimpjiegi ġodda.  Għandna sfidix’negħlbu.  Irridu naraw li nkunu kapaċinapprezzaw iżjed il-ħidma li ssir minn min huwa self-employed, u rridunaraw kif nisimgħu aktar, nikkonsultaw aktar u fid-deċiżjonijiet tagħna nifhmuaktar li meta qed nagħmlu possibbli li jsir in-negozju f’pajjiżna, inkunu qednaħmdu biex ngħinu l-ekonomija tagħna ssir aktar sostenibbli.”

Dwar il-ħidma maħsuba,l-Onor Edwin Vassallo rrimarka li “pajjiżna jikber fl-Unjoni Ewropea daqskemmser inkunu kapaċi nżidu l-attivita’ kummerċjali u daqskemm nagħmluha eħfef lijsir il-kummerċ.  Għalhekk l-objettivimaħsuba huma dawn l-46 inizjattiva:

1.              Jitkompla l-eżerċizzju ta’ tisħiħ fl-organizzazzjoni ta’ l-Small Business and Crafts Directorate.

2.             L-Small Business andCrafts Directorate, jkompli jkun id-Dipartiment tal-Gvern li jispeċjalizza dwarl-organizzazzjoni ta’ eżerċizzju ta’ konsultazzjoni mas-settur tas-self-employed u negozji żgħar.

3.               L-iżvilupp tal-Politika Imprenditorjali f’pajjiżna fost id-Dipartimentital-Gvern.

4.              Tibda ħidma flimkien mal-Ministerugħall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol biex ikunu identifikati prattiċi li qedjintużaw f’pajjiżi Ewropej biex ixerrdu aktar it-taħriġ fl-imprenditorijafil-qasam edukattiv ta’ pajjizhom.

5.             Ikun imwaqqaf Institute for Enterprise.

6.             Jibqa’ jingħata kull appoġġ lil Start Up Malta,Young Enterprise u Scoops.

7.             Ikunu organizzati żjajjar ta’ studenti għand negozjiu laqgħat fejn imprendituri jiltaqgħu ma’ studenti.

8.              Ikunu organizzati laqgħat ma’ studenti fi skejjelsekondarji u fl-MCAST.

9.             Ikun imwaqqaf servizz mill-Malta Enterprisegħall-istudenti fl-Universita’ u l-MCAST.

10.          L-edukazzjoni fl-Imprenditorija fl-iskejjelsekondarji għandha issib il-qofol tagħha fl-edukazzjoni lejn ir-responsabbilita’ta’ l-individwu.

11.          Ikun simplifikat il-proċess li jiddetermina l-prezztal-liċenzja tan-negozju.

12.          Ikun issimplifikat il-proċess tal-ħruġ tal-liċenzjitan-negozju minn Awtoritajiet oħra.

13.          Tkun żviluppata l-iskema li tpoġġi 200 tommna ta’spazju għall-Micro Enterprise Parks.

14.          Jiġu diskussi issuesli jistgħu ikunu qed joħolqu diffikultajiet għan-nisa biex jibdew in-negozjutagħhom.

15.          Tkun reveduta l-liġi li tirregola l-ħruġtal-liċenzji tan-negozju mit-Trade Licensing Unit.

16.     L-Small Business and Crafts Directorate tkun żviluppataf’Dipartiment biex tkun tista’ tirrispondi mistoqsjiet ġenerali ta’ min ikunirid jibda n-negozju tiegħu.

17.     Għandu jkun introdott l-eżerċizzju ta’ Regulatory ImpactAssessment.

18.      Ikun ippubblikat ir-rapport tal-MajorRegulatory Constraints on SMEs.

19.      Eżerċizzju li fih l-NSO tkun l-Awtorita’li għandha tikkordina l-ġbir ta’ kull statistika.

20.      Ikunu ppubblikati fuljetti b’tagħrifsempliċi dwar liġijiet li jirregolaw in-negozju.

21.          Tkun mogħtija prijorita’ lil dawk l-issues fejnnegozji jirrapportaw nuqqas t’effiċjenza.

22.      ThinkSmall First għandha tkun il-prijorita’ fil-ħidma tas-Servizz Pubbliku kollu.

23.      Ikun mistħarreġ kif Awtoritajiet u Dipartimenti jistgħu jibdewjaħdmu fuq il-proposti ta’ l-għaqdiet kummerċjali għall-liġi tas-ServizzPubbliku.

24.          L-Iżvilupp tal-Politika Imprenditorjali fil-komunita’ għandha tkunparti mill-ħidma li tkun qed tikkordina l-Small Business and Crafts Directorate.

25.     Il-Ħidma għal aktar effiċjenza u inqasburokrazija tasal ukoll iżjed mad-Dipartimenti jiltaqgħu u jiddiskutu flimkienma’ setturi differenti ta’ Imprendituri.

26.      Tkun żviluppata l-konsultazzjoni ma’l-industrija lokali sabiex direttivi fuq standards kif maħruġa mill-UnjoniEwropea jkunu diskussi ma’ dawk interessati fl-industrija lokali.

27.          Żoni industrijali privati jkomplu jiġu mogħtijas-servizzi infrastrutturali.

28.          Tkun ikkordinata l-ħidma tal-Kunsill Maltigħall-Artiġjanat bi Pjan ta’ Ħidma maħsub li jgħin lil min huwa fl-artiġjanat.

29.          Ikun ikkordinat ma’ l-Employment and TrainingCorporation, programm ta’ taħriġ fis-snajja’.

30.          Tkun ikkordinata mal-MEPA, ħidma biex Units mibnijafiż-żoni industrijali privati jkunu mogħtija lilhom liċenzja tan-negozju.

31.          Issir ħidma kkordinata ma’ l-Awtorita’ għas-Saħħafuq il-post tax-xogħol.

          32.     Tkompli l-ħidma biex ikun żviluppatil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali.

33.     Fil-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qaliikun żviluppat IncubationCentre.

34.          Ikun organizzat taħriġ fl-użu ta’ l-informatika għalmin huwa negozju żghir jew self-employed.

35.          Tkun ikkordinata ħidma mal-Euro InformationCenter sabiex nassiguraw li s-settur imprenditorjali Malti u Għadwxi huwappreparat biex jieħu l-aktar li jista’ mis-sħubija.

36.          Jittieħedrendikont ta’ f’hiex jikkonsistu l-ispejjeż tan- negozju.

37.          Tkun mistħarrġa l-probabilita’ li r-rata ta’35 % income taxtkun imnaqqsa.

38.          Tkun imtejba u żviluppata l-iskema tal-Micro Credit.

39.          Ikunu proposti lid-Dipartimenti tal-VAT, emendifil-liġi tal-VAT.

40.          Tkompli d-diskussjoni mal-banek biex f’pajjiżna ikunimtejjeb l-aċċess finanzjarju.

41.     Ikunu żviluppati skemit’għajnuna finanzjarja għall-innovazzjoni u riċerka.

42.          Ikun imfassal Programm ta’ Ħidma mill-Industrial Property Office.

43.          Tkun ikkordinata ħidma mal-qasam bankarju f’pajjiżnabiex naraw li jkun possibbli li l-aċċess finanzjarju għan-negozji li qedjiżviluppaw fl-industrija elettronika u ta’ l-informatika bħalma huma ISP’s jiġi mtejjeb.

44.          Issir ħidma mal-Malta Enterprise ul-MEPA, biex ikun żgurat li f’kull industrial estate ikun hemm TenantsAssociation.

45.          Tkun ikkordinata ħidma mal-Malta Enterprisebiex l-Assoċjazzjonijiet u għaqdiet differenti tal-kummerċ u l-industrija,jkunu jistgħu jagħtu sehem fil-proċess ta’ konsultazzjoni.

46.          Tkompli l-ħidma biex setturi differenti tal-kummerċikunu organizzati f’Assoċjazzjonijiet.

“Jiena fiduċjuż li din il-ħidma serissir, ser inkomplu nibnu fuq it-tajjeb li għandna.  Ħafna xogħol diġa’ għandu bidu tajjeb.  Irridu nkomplu nipperswadu li din il-ħidmahija meħtieġa u permezz tagħha nagħmlu ħafna ġid fost dawk li qed ifittxu lijibnu negozju ġdid, fost dawk li diġa’ qegħdin fin-negozju u qed jikkompetu,kif ukoll sabiex naraw li s-suq intern ikun suq organizzat.”  Temm jghid l-Onor. Vassallo.

DOI – 03.08.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow