Left arrow Mur Lura

SILTIET MID-DISKORS TA’ L-ONOR GEORGE PULLICINO, MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TA’ UFFIĊĊJI TAL-BORD TA’ L-APPELL DWAR L-IPPJANAR – FLORIANA – 30 TA’ LULJU 2004

PR1250
Date Icon 02/08/2004

IT-TNEJN: 2T’AWISSU, 2004

NO. 1250

SILTIET MID-Diskors tA’L-ONOR George Pullicino, Ministru TA’ L-Affarijiet Rurali ul-Ambjent, fl-okkażjoni tal-ftuħ ta’ uffiċċji tal-Bordta’ l-Appell dwar l-Ippjanar – FLORIANA – 30 TA’ LULJU 2004

Ir-riforma li saret s’issa – 912 appellfl-1998 ; 388 appell fl-2003

Il-Bord ta’l-Appell dwar l-Ippjanar huwa indipendenti mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’l-Iżvilupp u mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Il-fatt illiissa dan il-Bord se jibda jopera minn post li huwa differenti minn dak lijintuża mill-MEPA għandu jgħin biex l-indipendenza bejn iż-żewġ organi tkuniktar ċara.

Is-sena ligħaddiet kien hemm l-inqas numru ta’ appelli li kienu sottomessi lill-Bord ta’l-Appell dwar l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin. In-numruta’ appelli kien ta’ ftit inqas minn 400. Dan huwa numru baxx meta mqabbelmad-912 appell li kienu saru fl-1998. Dan minħabba l-fatt illi r-riformi lidaħlu fis-seħħ fl-aħħar snin bdew iħallu l-frott. 

Bl-emendi li saru fil-liġi tlett snin ilu, meta applikant jitloblill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp biex tikkonsidra mill-ġdidl-applikazzjoni tiegħu, din tagħtih iċ-ċans li jbiddel il-pjanti li jkun għamelbiex l-applikazzjoni tkun iktar aċċettabbli. Barra minn dan, l-applikant għandud-dritt li jitkellem u jippreżenta l-każ tiegħu. Anke min ikun oġġezzjonabil-miktub kontra xi applikazzjoni għandu d-dritt li jinstema’ waqt li tkun qedtiġi kunsidrata mill-ġdid applikazzjoni.  

Din kienet emenda importanti ħafna għax, permezz tagħha, wieħed ma jkolluxgħalfejn joqgħod jidħol fil-proċess ta’ appell. Madwar 75% tat-talbiet għalkonsiderazzjoni mill-ġdid ta’ l-applikazzjoni quddiem il-Kummissjonigħall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, u li jkunu ġew rakkomandati għal rifjut, jiġuaċċettati mill-Kummissjoni. Dan ifisser li l-Kummissjoni, wara li tgħarbel il-pjanti

…/…

ġodda li jissottomettu l-applikanti u tisma’ l-każ tagħhom, ma taqbilxmar-rakkomandazzjonijiet tan-nies tekniċi u tagħti l-permess lil dawnl-applikanti. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn in-nies tekniċi u l-Kummissjoni,il-Kummissjoni trid tiġġustifika għalfejn ma tkunx qablet mar-rakkomandazzjonitan-nies tekniċi.

Ir-riforma tkompli

Iktar kmieni din is-sena inħatar AuditOfficer bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Parlament biex jissorvelja l-operatkollu ta’ l-Awtorit’. L-Audit Officer diġa’ għamel madwar 60 investigazzjonifuq rapporti li rċieva mingħandil-pubbliku.  Dan l-Uffiċċju huwa wieħedimportanti għax l-indipendenza ta’ l-AuditOfficer tagħtih il-fakulta li jirrakkomanda lill-MEPA  x’azzjonijiet għandha tieħu  biex jitjieb l-operat tal-MEPA u jekk din matieħux passi skond ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Audit Officer, hija trid tagħtir-raġunijiet għalfejn m’għamlitx dan.

Il-Gvern irid illi l-proċess ta’ l-ippjanar f’pajjiżna titneħħilul-burokrazija żejda, jaqdi iktar il-ħtiġijiet tan-nies u jkun iktar customer friendly. Għalhekk se jsiru tlett audits  li jittrattaw tlettoqsma li huma :

·       Il-proċess kollu ta’ l-applikazzjonijiet għalżvilupp inkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dipartimenti jew aġenzijital-Gvern

·       Ir-rapport dwar applikazzjoni għal permess ta’żvilupp (Development Permission Application Report – DPAR) li jkollur-rakkomandazzjoni dwar jekk applikazzjoni għandhiex tiġi aċċettata jew le

·       Is-sottomissjonijiet li jsiru mill-periti metajippreżentaw applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp f’isem l-applikanti.

Dawn it-tlett  audits se jkunu taħt l-awspiċi ta’ l-Audit Officer biexir-rakkomandazzjonijiet ikunu indipendenti mill-Awtorita’.  

L-Audit dwar il-proċess kollu ta’l-applikazzjonijiet għal żvilupp inkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni ma’dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern

L-ewwel audit,dak dwar il-proċess kollu ta’ l-applikazzjonijiet għal żvilupp, diġa’ beda uqed isir mill-Management Efficiency Unitta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan l-auditqed jidħol fil-proċess kollu ta’ l-applikazzjonijiet inluż daktal-konsultazzjonijiet li l-MEPA jkollha bżonn tagħmel ma’ dipartimenti oħra uaġenziji tal-Gvern.

Il-MEPA hija każ ċar ta’ one-stop shop fejn minflok li l-applikant joqgħod idurid-dipartimenti kollha tal-Gvern għall-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni,il-MEPA tagħmel dan kollu f’isem l-applikant. Dan ifisser ukoll li jekk xidipartiment tal-Gvern ikollu oġġezzjoni valida għal xi applikazzjoni, tkunil-MEPA li tidher li qed tirrifjuta l-permess.

…/…

Fl-istess ħin, jekk xi dipartiment idum biexjikkummenta dwar applikazzjoni, il-MEPA wkoll tkun qed tidher li qed iddum biextiddeċiedi dwar applikazzjoni. Id-dipartimenti kollha tal-Gvern għandhom rwolfil-proċess ta’ l-applikazzjonijiet u għalhekk ikunux effiċjenti jew le ikunrifless ukoll fuq il-proċess ta’ l-applikazzjoni u fuq kif tidher finalmentl-istess MEPA.             

L-Audit dwar ir-rapport dwar applikazzjonigħal permess ta’ żvilupp (DevelopmentPermission Application Report – DPAR)

Audit ieħorli se jsir huwa dwar il-forma, il-kontenut u l-kwalita’ tar-rapport dwarl-applikazzjoni (dak li jissejjaħ id-DevelopmentPermission Application Report) li jiġi ippreparat mill-impjegati tal-MEPA.Dan ir-rapport ikun fih ir-rakkomandazzjoni dwar jekk għandhiex tiġi aċċettatajew rifjutata applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp. L-audit se jarakif il-proposta għall-iżvilupp tiġi analizzata mill-case officer, jekkil-policies li jiġu kkwotati mill-case officer ikunux rilevanti,il-mod kif il-case officer jiżen il-policies li jkunu applikabbligħall-applikazzjoni, kif il-case officerjasal għall-konklużjoni u r-rakkomandazzjoni tiegħu. Fejn rapporti ta’ case officers ikunu analizzati u dawnjinstabu li jkunu difettużi, ikun hemm rakkomandazzjonijiet dwar x’tip ta’ taħriġil-case officer partikolari jkun jeħtieġ. Jekk il-case officer imbagħad xorta waħda jibqa’ jipproduċi rapporti lijkunu difettużi allura l-MEPA għandha tara x’rimedji oħra għandhom jittieħdubiex il-proċess ta’ l-ippjanar minbarra li jkollu l-accountability bħala karratteristika fundamentali, jagħti s-servizzli jixraq lill-klijenti tiegħu.         

L-Audit dwar is-sottomissjonijiet li jsirumill-periti meta jippreżentaw applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp f’iseml-applikanti.

It-tielet audit li se jsir huwadak dwar il-kwalita’ tas-sottomissjonijiet li jsiru mill-periti meta jippreżentaw applikazzjoni għall-permessta’ żvilupp f’isem l-applikanti. Sottomissjonijiet dgħajfa min-naħa tal-peritima jgħinux għal proċess effiċjenti ta’ applikazzjoni. L-audit se jeżaminal-kwalita’ u l-kompletezza tas-sottomissjonijiet li jsiru. Barra minn dan se jkun ukoll eżaminatjekk it-talbiet għal informazzjoni oħra min-naħa tal-MEPA jkunux ġustifikatijew le.

Dawn l-auditsse jinvolvu konsultazzjonijiet ma’ min għandu interess fil-proċess ta’l-ippjanar.  Iż-żewġ audits dwarir-rapport li jitħejja mill-case officers tal-MEPA u dwaris-sottomissjonijiet tal-periti se jsiru bil-parteċipazzjoni diretta ta’rappreżentati tal-Kamra tal-Periti, tal-UsersCommittee u tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar. Nixtieq nirringrazzjahom minnissa tal-ħidma li se jwettqu.

…/…

Dawn l-auditsgħandhom iwasslu biex il-prattiċi li jintużaw fil-proċess ta’ l-applikazzjoni għalpermess ta’ żvilupp jitjiebu biex dak li jiġi żviluppat ikun, ikun, fl-aħħarmill-aħħar, fl-aħjar interess ta’ kulħadd.

Doi – 02.08.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow