SILTIET MID-DISKORS TA’ L-ONOR GEORGE PULLICINO, MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TA’ UFFIĊĊJI TAL-BORD TA’ L-APPELL DWAR L-IPPJANAR – FLORIANA – 30 TA’ LULJU 2004
IT-TNEJN: 2T’AWISSU, 2004
NO. 1250
SILTIET MID-Diskors tA’L-ONOR George Pullicino, Ministru TA’ L-Affarijiet Rurali ul-Ambjent, fl-okkażjoni tal-ftuħ ta’ uffiċċji tal-Bordta’ l-Appell dwar l-Ippjanar – FLORIANA – 30 TA’ LULJU 2004
Ir-riforma li saret s’issa – 912 appellfl-1998 ; 388 appell fl-2003
Il-Bord ta’l-Appell dwar l-Ippjanar huwa indipendenti mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’l-Iżvilupp u mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Il-fatt illiissa dan il-Bord se jibda jopera minn post li huwa differenti minn dak lijintuża mill-MEPA għandu jgħin biex l-indipendenza bejn iż-żewġ organi tkuniktar ċara.
Is-sena ligħaddiet kien hemm l-inqas numru ta’ appelli li kienu sottomessi lill-Bord ta’l-Appell dwar l-Ippjanar f’dawn l-aħħar għaxar snin. In-numruta’ appelli kien ta’ ftit inqas minn 400. Dan huwa numru baxx meta mqabbelmad-912 appell li kienu saru fl-1998. Dan minħabba l-fatt illi r-riformi lidaħlu fis-seħħ fl-aħħar snin bdew iħallu l-frott.
Bl-emendi li saru fil-liġi tlett snin ilu, meta applikant jitloblill-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp biex tikkonsidra mill-ġdidl-applikazzjoni tiegħu, din tagħtih iċ-ċans li jbiddel il-pjanti li jkun għamelbiex l-applikazzjoni tkun iktar aċċettabbli. Barra minn dan, l-applikant għandud-dritt li jitkellem u jippreżenta l-każ tiegħu. Anke min ikun oġġezzjonabil-miktub kontra xi applikazzjoni għandu d-dritt li jinstema’ waqt li tkun qedtiġi kunsidrata mill-ġdid applikazzjoni.
Din kienet emenda importanti ħafna għax, permezz tagħha, wieħed ma jkolluxgħalfejn joqgħod jidħol fil-proċess ta’ appell. Madwar 75% tat-talbiet għalkonsiderazzjoni mill-ġdid ta’ l-applikazzjoni quddiem il-Kummissjonigħall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp, u li jkunu ġew rakkomandati għal rifjut, jiġuaċċettati mill-Kummissjoni. Dan ifisser li l-Kummissjoni, wara li tgħarbel il-pjanti
…/…
ġodda li jissottomettu l-applikanti u tisma’ l-każ tagħhom, ma taqbilxmar-rakkomandazzjonijiet tan-nies tekniċi u tagħti l-permess lil dawnl-applikanti. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn in-nies tekniċi u l-Kummissjoni,il-Kummissjoni trid tiġġustifika għalfejn ma tkunx qablet mar-rakkomandazzjonitan-nies tekniċi.
Ir-riforma tkompli
Iktar kmieni din is-sena inħatar AuditOfficer bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Parlament biex jissorvelja l-operatkollu ta’ l-Awtorit’. L-Audit Officer diġa’ għamel madwar 60 investigazzjonifuq rapporti li rċieva mingħandil-pubbliku. Dan l-Uffiċċju huwa wieħedimportanti għax l-indipendenza ta’ l-AuditOfficer tagħtih il-fakulta li jirrakkomanda lill-MEPA x’azzjonijiet għandha tieħu biex jitjieb l-operat tal-MEPA u jekk din matieħux passi skond ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Audit Officer, hija trid tagħtir-raġunijiet għalfejn m’għamlitx dan.
Il-Gvern irid illi l-proċess ta’ l-ippjanar f’pajjiżna titneħħilul-burokrazija żejda, jaqdi iktar il-ħtiġijiet tan-nies u jkun iktar customer friendly. Għalhekk se jsiru tlett audits li jittrattaw tlettoqsma li huma :
· Il-proċess kollu ta’ l-applikazzjonijiet għalżvilupp inkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ dipartimenti jew aġenzijital-Gvern
· Ir-rapport dwar applikazzjoni għal permess ta’żvilupp (Development Permission Application Report – DPAR) li jkollur-rakkomandazzjoni dwar jekk applikazzjoni għandhiex tiġi aċċettata jew le
· Is-sottomissjonijiet li jsiru mill-periti metajippreżentaw applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp f’isem l-applikanti.
Dawn it-tlett audits se jkunu taħt l-awspiċi ta’ l-Audit Officer biexir-rakkomandazzjonijiet ikunu indipendenti mill-Awtorita’.
L-Audit dwar il-proċess kollu ta’l-applikazzjonijiet għal żvilupp inkluż il-proċess ta’ konsultazzjoni ma’dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern
L-ewwel audit,dak dwar il-proċess kollu ta’ l-applikazzjonijiet għal żvilupp, diġa’ beda uqed isir mill-Management Efficiency Unitta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dan l-auditqed jidħol fil-proċess kollu ta’ l-applikazzjonijiet inluż daktal-konsultazzjonijiet li l-MEPA jkollha bżonn tagħmel ma’ dipartimenti oħra uaġenziji tal-Gvern.
Il-MEPA hija każ ċar ta’ one-stop shop fejn minflok li l-applikant joqgħod idurid-dipartimenti kollha tal-Gvern għall-kummenti tagħhom dwar l-applikazzjoni,il-MEPA tagħmel dan kollu f’isem l-applikant. Dan ifisser ukoll li jekk xidipartiment tal-Gvern ikollu oġġezzjoni valida għal xi applikazzjoni, tkunil-MEPA li tidher li qed tirrifjuta l-permess.
…/…
Fl-istess ħin, jekk xi dipartiment idum biexjikkummenta dwar applikazzjoni, il-MEPA wkoll tkun qed tidher li qed iddum biextiddeċiedi dwar applikazzjoni. Id-dipartimenti kollha tal-Gvern għandhom rwolfil-proċess ta’ l-applikazzjonijiet u għalhekk ikunux effiċjenti jew le ikunrifless ukoll fuq il-proċess ta’ l-applikazzjoni u fuq kif tidher finalmentl-istess MEPA.
L-Audit dwar ir-rapport dwar applikazzjonigħal permess ta’ żvilupp (DevelopmentPermission Application Report – DPAR)
Audit ieħorli se jsir huwa dwar il-forma, il-kontenut u l-kwalita’ tar-rapport dwarl-applikazzjoni (dak li jissejjaħ id-DevelopmentPermission Application Report) li jiġi ippreparat mill-impjegati tal-MEPA.Dan ir-rapport ikun fih ir-rakkomandazzjoni dwar jekk għandhiex tiġi aċċettatajew rifjutata applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp. L-audit se jarakif il-proposta għall-iżvilupp tiġi analizzata mill-case officer, jekkil-policies li jiġu kkwotati mill-case officer ikunux rilevanti,il-mod kif il-case officer jiżen il-policies li jkunu applikabbligħall-applikazzjoni, kif il-case officerjasal għall-konklużjoni u r-rakkomandazzjoni tiegħu. Fejn rapporti ta’ case officers ikunu analizzati u dawnjinstabu li jkunu difettużi, ikun hemm rakkomandazzjonijiet dwar x’tip ta’ taħriġil-case officer partikolari jkun jeħtieġ. Jekk il-case officer imbagħad xorta waħda jibqa’ jipproduċi rapporti lijkunu difettużi allura l-MEPA għandha tara x’rimedji oħra għandhom jittieħdubiex il-proċess ta’ l-ippjanar minbarra li jkollu l-accountability bħala karratteristika fundamentali, jagħti s-servizzli jixraq lill-klijenti tiegħu.
L-Audit dwar is-sottomissjonijiet li jsirumill-periti meta jippreżentaw applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp f’iseml-applikanti.
It-tielet audit li se jsir huwadak dwar il-kwalita’ tas-sottomissjonijiet li jsiru mill-periti meta jippreżentaw applikazzjoni għall-permessta’ żvilupp f’isem l-applikanti. Sottomissjonijiet dgħajfa min-naħa tal-peritima jgħinux għal proċess effiċjenti ta’ applikazzjoni. L-audit se jeżaminal-kwalita’ u l-kompletezza tas-sottomissjonijiet li jsiru. Barra minn dan se jkun ukoll eżaminatjekk it-talbiet għal informazzjoni oħra min-naħa tal-MEPA jkunux ġustifikatijew le.
Dawn l-auditsse jinvolvu konsultazzjonijiet ma’ min għandu interess fil-proċess ta’l-ippjanar. Iż-żewġ audits dwarir-rapport li jitħejja mill-case officers tal-MEPA u dwaris-sottomissjonijiet tal-periti se jsiru bil-parteċipazzjoni diretta ta’rappreżentati tal-Kamra tal-Periti, tal-UsersCommittee u tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar. Nixtieq nirringrazzjahom minnissa tal-ħidma li se jwettqu.
…/…
Dawn l-auditsgħandhom iwasslu biex il-prattiċi li jintużaw fil-proċess ta’ l-applikazzjoni għalpermess ta’ żvilupp jitjiebu biex dak li jiġi żviluppat ikun, ikun, fl-aħħarmill-aħħar, fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
Doi – 02.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en