Left arrow Mur Lura

REĠISTRAZZJONI MAD-DIPARTIMENT TAD-DWANA GĦALL-AĠENTI U IMPORTATURI

PR125
Date Icon 03/02/2004

Il-Kontrollur tad-Dwana jgħarraf, li fid-dawl tad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kull aġent jew importatur ta’ oġġetti suġġetti għal ħlas tad-Dazju tas-Sisa għandu jkun irreġistrat mad-Dipartiment tad-Dwana. 

Taqsima 4(2) tar-Regolamenti tas-Sisa (il-Ħames Skeda) ta’ l-Att Dwar id-Dazju tas-Sisa tispeċifika illi jinżamm database elettroniku li jkun jinkludi fih l-informazzjoni dwar: 

a            Kumpaniji jew persuni awtorizzati biex joperaw Tax Warehouse.

b            Importaturi awtorizzati li ma jistgħux jużaw il-faċilita' ta' Tax Warehouse

Informazzjoni dettaljata dwar dan is-suġġett ser tkun diskussa waqt laqgħat apposta li ser jkunu organizzati mid-Dipartiment tad-Dwana fil-11 u t-12 ta' Frar 2004 fit-Training Centre tad-Dipartiment. 

Kull kummerċjant li diġa’ qiegħed jinnegozja f'dan il-qasam, ser ikun notifikat individwalment bil-posta meta għandu jattendi. 

Dawk imsemmijja hawn fuq, flimkien ma oħrajn interessati, huma mħeġġa li jattendu.  

Kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar dawn il-laqgħat jista’ jċempel fuq in-numri 25685200/201.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow