Left arrow Mur Lura

INAWGURAT UFFICJALMENT IL-PROGETT TA’ TISBIH F’DAWRET IL-GZEJJER F’BUGIBBA

PR1249
Date Icon 30/07/2004

Il-Progett ta’ tisbih u titjieb f’Dawret il-Gzejjer, Bugibba tlesta bhal ma kien ippjanat biex eventwalment dan il-post issa qed jitgawda mill-pubbliku matul ix-xhur tas-Sajf.

Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Ninu Zammit waqt l-inawgurazzjoni ufficjali ta’ dan il-progett. L-ghan principali ta’ dan il-progett kien li jsir titjieb ġenerali u tinghata dehra mill-iktar moderna għal din iz-zona fin-naha ta’ fuq ta’ Malta , li hija ferm popolari u frekwentata mhux biss mill-Maltin izda wkoll mill-barranin. L-investiment totali f’din iz-zona lahhaq mat-Lm275,000 li jinkludi l-pagi tal-haddiema, makkinarju u materjal iehor.

Il-Ministru Zammit spjega li dan il-proġett ta’ tisbih f’Dawret il-Gzejjer inkluda xoghlijiet bhalpavimentar, bini ta’ hitan tas-sejjieh, xoghol ta’ dekorazzjoni bhal bankijiet u dwal, u xoghol strutturali iehor. Il-Perit Ninu Zammit kompla jghid illi dan il-proġett kien inbeda fl-2001 u sal-bidu tas-sena 2003 kien sar xoghol ta’ kostruzzjoni fuq it-tarag. Matul l-2003, gew riveduti l-pjanti tal-Progett biex gew frankati eluf kbar ta’ liri.

Fuq dan il-progett intuza materjal li rrijabilita` l-inhawi bl-iskop li ta dehra u karattru naturali. Fil-fatt, karatteristika evidenti f’dan il-progett hi l-uzu tal-gebel tas-sejjiegh, li ntuza tul il-medda kollha tal-progett li ghandu tul ta’ madwar 400 metru. Fuq din il-medda ta’ tul, hu kkalkolat li tpoggew vicin 3,000 metru kwadru ta’ gebel tas-sejjiegh. Id-disinn ta’ dawn il-hitan tas-sejjiegh sar imtarrag u filwaqt li jinkludi xi passaggi bejn livell u iehor, thawlu wkoll sigar biex jikkumplimentaw ma’ l-gholi tat-tarag. Sar xoghol ukoll ta’ kostruzzjoni ta’ passaggi u pavimentar estensiv ta’ madwar 1,130 metru kwadru sabiex jikkomplimenta ma’ l-iskop ewlieni tal-progett. Fuq dan il-progett kien ukoll installat railing fil-parti tat-tarag u fuq il-bridge tal-metal li wkoll inhadem mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet.

Waqt li kien qed jindirizza lill-gurnalisti prezenti, l-Ministru Ninu Zammit habbar li l-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura diga’ nefaq ‘l fuq minn miljun Lira Maltin matul din is-sena fi progetti ta’ tisbih f’zoni turistici bhal Paceville u l-bajja ta’ San Tumas. L-ghan ewlieni ta’ dawn ix-xoghlijiet huwa li zoni turistici u centri tal-lokalitajiet jinghataw dehra attraenti u moderna li tikkumplimenta mal-madwar u fl-istess hin tissebbah iz-zona.

Finalment il-Ministru Zammit tenna li ghal darb’ohra dan il-progett huwa xhieda tal-istrutturar li ghaddej fil-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura fejn il-progetti qeghdin jitwettqu dejjem iktar mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet Pubblici. Filwaqt li tajjeb li jitwettqu progetti bhal dawn, hu importanti li ssir il-manutenzjoni mehtiega b'mod regolari u li kulhadd jitghallem izomm l-indafa biex nassiguraw ambjent ahjar ghalina u ghal minn jigi warajna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow