INAWGURAT UFFICJALMENT IL-PROGETT TA’ TISBIH F’DAWRET IL-GZEJJER F’BUGIBBA
Il-Progett ta’ tisbih u titjieb f’Dawret il-Gzejjer, Bugibba tlesta bhal ma kien ippjanat biex eventwalment dan il-post issa qed jitgawda mill-pubbliku matul ix-xhur tas-Sajf.
Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Ninu Zammit waqt l-inawgurazzjoni ufficjali ta’ dan il-progett. L-ghan principali ta’ dan il-progett kien li jsir titjieb ġenerali u tinghata dehra mill-iktar moderna għal din iz-zona fin-naha ta’ fuq ta’ Malta , li hija ferm popolari u frekwentata mhux biss mill-Maltin izda wkoll mill-barranin. L-investiment totali f’din iz-zona lahhaq mat-Lm275,000 li jinkludi l-pagi tal-haddiema, makkinarju u materjal iehor.
Il-Ministru Zammit spjega li dan il-proġett ta’ tisbih f’Dawret il-Gzejjer inkluda xoghlijiet bhalpavimentar, bini ta’ hitan tas-sejjieh, xoghol ta’ dekorazzjoni bhal bankijiet u dwal, u xoghol strutturali iehor. Il-Perit Ninu Zammit kompla jghid illi dan il-proġett kien inbeda fl-2001 u sal-bidu tas-sena 2003 kien sar xoghol ta’ kostruzzjoni fuq it-tarag. Matul l-2003, gew riveduti l-pjanti tal-Progett biex gew frankati eluf kbar ta’ liri.
Fuq dan il-progett intuza materjal li rrijabilita` l-inhawi bl-iskop li ta dehra u karattru naturali. Fil-fatt, karatteristika evidenti f’dan il-progett hi l-uzu tal-gebel tas-sejjiegh, li ntuza tul il-medda kollha tal-progett li ghandu tul ta’ madwar 400 metru. Fuq din il-medda ta’ tul, hu kkalkolat li tpoggew vicin 3,000 metru kwadru ta’ gebel tas-sejjiegh. Id-disinn ta’ dawn il-hitan tas-sejjiegh sar imtarrag u filwaqt li jinkludi xi passaggi bejn livell u iehor, thawlu wkoll sigar biex jikkumplimentaw ma’ l-gholi tat-tarag. Sar xoghol ukoll ta’ kostruzzjoni ta’ passaggi u pavimentar estensiv ta’ madwar 1,130 metru kwadru sabiex jikkomplimenta ma’ l-iskop ewlieni tal-progett. Fuq dan il-progett kien ukoll installat railing fil-parti tat-tarag u fuq il-bridge tal-metal li wkoll inhadem mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet.
Waqt li kien qed jindirizza lill-gurnalisti prezenti, l-Ministru Ninu Zammit habbar li l-Ministeru ghar-Rizorsi u Infrastruttura diga’ nefaq ‘l fuq minn miljun Lira Maltin matul din is-sena fi progetti ta’ tisbih f’zoni turistici bhal Paceville u l-bajja ta’ San Tumas. L-ghan ewlieni ta’ dawn ix-xoghlijiet huwa li zoni turistici u centri tal-lokalitajiet jinghataw dehra attraenti u moderna li tikkumplimenta mal-madwar u fl-istess hin tissebbah iz-zona.
Finalment il-Ministru Zammit tenna li ghal darb’ohra dan il-progett huwa xhieda tal-istrutturar li ghaddej fil-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura fejn il-progetti qeghdin jitwettqu dejjem iktar mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet Pubblici. Filwaqt li tajjeb li jitwettqu progetti bhal dawn, hu importanti li ssir il-manutenzjoni mehtiega b'mod regolari u li kulhadd jitghallem izomm l-indafa biex nassiguraw ambjent ahjar ghalina u ghal minn jigi warajna.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en