Left arrow Mur Lura

IL-PREMJU ANZJAN TAS-SENA

PR1246
Date Icon 30/07/2004

Is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Kommunita’, l-Onor. Helen D’Amato, illum habbret li din is-sena wkoll ser jerga’ jinghata l-premju “Anzjan tas-Sena.”  Din hija l-hdax-il darba li qed jinghata dan il-premju.  

Is-Segretarju Parlamentari fakkret li l-ewwel ta’ Ottubru huwa l-jum dinji dedikat lill-anzjani - kif dikjarat min-Nazzjonijiet Uniti. L-attivitajiet li ser jorganizza s-Segretarjat Parlamentari biex ikun imfakkar il-Jum Dinji ta’ l-Anzjani, jilhqu l-qofol taghhom b’serata apposta nhar is-Sibt, 25 ta’ Settembru 2004.  

L-Onor. D’Amato spjegat li s-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ jaghti dan il-premju bhala rikonoxximent xieraq lil dik il-persuna anzjana li bil-mod ta’ kif izzomm ruhha attiva, qed tkun ta’ mudell u ispirazzjoni ghall-anzjani l-ohra. Huwa mportanti li noholqu kuxjenza biex kulhadd – inkluz l-anzjani – jippartecipa f’holqien ta’ hajja ahjar, socjeta’ mibnija fuq l-interdipendenza, solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet, fejn l-anzjani jkunu ntegrati f’kull qasam tas-socjeta’ Maltija, kif ukoll nimpenjaw ruhna favur min hu l-aktar fil-bzonn.  

L-Onor. D’Amato hegget biex ghaqdiet volontarji, Parrocci u l-Kunsilli Lokali jinnominaw anzjani ghal dan il-Premju, sabiex b’hekk nuru apprezzament u rikonoxximent ghal hafna xoghol volontarju li jkun qed isir fis-socjeta’ taghna.   

Fil-fatt dan il-premju jirrikonoxxi lil dak il-persuna:-

      -         li jkun ta jew tat servizz b’mod volontarju ma’ min ikun jehtieg, jew
-         li bil-karattru tieghu jew taghha hija ta’ ispirazzjoni ghal anzjani ohra, jew
-         li tkun responsabbli lejn u seddqet l-ambjent ta’ l-anzjani; li tizviluppa kemm il-kultura           generali kif ukoll personali; li tahdem biex ma jintilifx wirt missirijietna; li tippromovi 
          s-solidarjeta’ bejn il-generazzjonijiet u tghix hajja li tikkontribwixxi ghal hajja ahjar 
          tal-komunita’ b’mod generali.

L-Onor. D’Amato kompliet tghid li ghal dan il-premju jistghu jigu nominati nisa u rgiel, cittadini Maltin li, sa l-ahhar ta’ din is-sena ikunu ghalqu l-eta’ tal-pensjoni, u li normalment jghixu Malta jew Ghawdex.  

Biex jintghazel l-Anzjan tas-Sena, gie mwaqqaf bord ta’ l-ghazla, li ghandu r-responsabbilta’ li jilqa’ l-applikazzjonijiet, u li jaghzel l-anzjan jew anzjana li haqqu jinghata dan il-Premju prestigjuz.      

Il-Bord ta’ l-Ghazla jikkonsisti minn:  

Chairperson:   Ms. Cecilia Xuereb
Membri:         Mr. Angelo Fenech
                     Prof. Fredrick Fenech
                     Ms.Lilian Miceli Farrugia
                     Ms. Josephine Saliba
                     Fr. Victor Zammit McKeon
Segretarju:     Jesmond Schembri

Aktar informazzjoni u formoli ghan-nominazzjonijiet, jistghu jingabru minghand is-Segretarju tal-Bord, fl-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, Ministeru tas-Sahha, Anzjani u Kura fil-Komunita’, 15 Triq il-Merkanti, Valletta u d-Dipartiment ghall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita’, Pjazza San Frangisk, Victoria, Ghawdex u ghandhom jittiehdu bl-idejn sa mhux aktar tard minn nofs inhar tat-Tnejn, 23 t’Awissu 2004. Tinghata ricevuta ghal kull nominazzjoni.  

Il-formola ghan-nominazzjoni tista’ tingabar minn: 

http://www.health.gov.mt/news/news.htm#presrel

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow