L-AHHAR THEJJIJIET GHALL-‘CLASSIC ROCK CONCERT
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura l-Onor. Francis Zammit Dimech, illum żar il-pjazza tal-Forti Manoel fejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jittella’ l-Classic Rock Concert bil-parteċipazzjoni ta’ leġġendarji tal-mużika rock fosthom Jethro Tull, Roger Hudgson ta’ Supertramp, Marillon Fish, Steve Hackett u l-banda tiegħu. Se jipparteċipaw ukoll żewġ bands lokali, Winter Moods u Beangrowers.
Francis Zammit Dimech kien imdawwar mal-post mill-organizaturi fejn segwa l-aħħar tħejjijiet għal dan il-kunċert eċċezzjonali fil-kalendarju ta’ attivitajiet kulturali li jsiru f’pajjiżna fis-sajf.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura kellu kliem ta’ tifħir għall-organizaturi li qed ikomplu jressqu l-mużika popolari lejn il-poplu. Hu qal li attivitajiet bħal dawn kienu jikkontribwixxu wkoll biex it-turisti li jżuruna jkollhom dik l-esperjenza sabiħa li twassalhom biex jerġgħu jżuru Malta .
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en