Left arrow Mur Lura

PROĠETTI ĠODDA GĦAĊ-ĊENTRU TAL-KONFERENZI TAL-MEDITERRAN

PR1238
Date Icon 29/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-esperjenza tgħallimna li wara li post jiġi riabilitat u restawrat, biex jinżamm tajjeb dan irid jingħata użu. Hu qal li dan seħħ, b’riżultati pożittivi, sew f’dik li kienet in-Knight’s Hall, illum iċ-Ċentru tal-Mediterran ghall-Konferenzi, sew fil-Kavallier ta’ San Ġakbu kif ukoll fil-Berġa ta’ l-Italja. Hu qal li dan kien qed iseħħ ukoll fi proġetti kbar bħal dak tal-Kottonera, il-Ponta ta’ Tigne’ u Manoel Island u l-Cruise Liner Passenger Terminal.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li ċ-Ċentru tal-Mediterran ghall-Konferenzi minkejja li  twettqu fih żewġ proġetti kbar ta’ riabiltazzjoni u restawr, li fihom kienu nvestiti miljuni ta’ liri, xorta jibqa’ jeħtieġ xogħlijiet ta’ ċertu kobor biex jinżamm fi stat tajjeb u biex jaqdi l-missjoni li għaliha nbidel minnSacra Infermeria, jew sptar ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann f’Ċentru ta’ Konferenzi. Hu qal li dan iċ-ċentru fih għaxar swali f’area ta’ 7,000 metru kwadru – bl-ikbar sala tesa 1,400 persuna u l-iżgħar 60 persuna.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li llum kien qed jinawgura żewġ proġetti ġodda  

Ø   Il-VIP Room. Il-kamra li kien hemm qabel kienet żgħira u mhux ta’ livell u għalhekk inħasset il-ħtieġa li jkun hemm VIP Room ġdida li tilħaq mal-ħtiġiet tal-lum. Din is-sala fiha taħlita ta’ arkitettura qadima u stili moderni, tlestiet ftit taż-żmien ilu u diġa’ ntużat minn personalitajiet importanti li żaru l-post. Is-sala fiha bar attrezzat b’kollox filwaqt li tqiegħdet wirja permanenti ta’ stampi li juru l-istat u l-użu tas-swali qabel ma ċ-ċentru inbidel f’Ċentru ta’ Konferenzi.  

Ø   Business Centre. Dan iċ-ċentru hu mgħammar bi tliet desktop computers, printer, photocopier, fax u għadd ta’ settijiet tat-telefon. Hemm ukoll ADSL connection li tista’ tintuża mingħajr ħlas. Jingħata wkoll servizz segretarjali.   

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li matul din is-sena Kamra Numru 1 kienet se tigi konvertita f’reception room. Is-servizzi f’din il-kamra se jinbidlu biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ min jattendi t-teatru, ħaddiema tas-sigurta’, museum’s attendant u booking clerks. Se jkun hemm ukoll spazju għal waiting area żgħira. Il-kamra se tkun ukoll attezzata bl-arja kondizzjonata.  

Francis Zammit Dimech qal li l-Management taċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran qed ibiddel ukoll is-sistema tal-booking għat-teatru. Kienet disinjata sistema kompjuterizzata ghall-booking biex il-biljetti joħorġu b’aktar ħeffa u biex ikunu jistgħu jitħallsu bil-credit cards. Is-sistema mistennija tibda titħaddem f’nofs Settembru.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ħabbar ukoll il-ħruġ ta’ żewġ offerti għal żewġ proġetti importanti għal dan iċ-Ċentru. Hu qal 

o    Wara li nstab li partijiet mill-faċċata ta’ dan il-monument nazzjonali – li  hu bini Grad ‘A’ u anke ngħata l-Europa Nostra Award –  kienu fi stat ħażin u anke perikolużi, kien deċiż li jitħejjew id-dokumenti għall-offerta biex isir ir-restawr tal-faċċata. Dawn tħejjew flimkien ma’ periti mir-Restoration Unit mit-Taqsima tax-Xogħlijiet u saret l-applikazzjoni mal-MEPA. Wara li tlestiet id-dokumentazzjoni kollha neċessarja, fil-jiem li ġejjin se toħroġ sejħa għar-restawr fuq l-elevazzjoni ta’ Triq il-Mediterran u l-bieb kbir u ta’ livell arkitettoniku għoli fuq Triq it-Tramuntana.  

o    Is-sistema ta’ l-arja kondizzjonata fis-Sala La Vallette ilha li ġiet installata 24 sena u għalhekk qed tnaqqas mill-effiċjenza. L-inefficjenza qed tikber minħabba li xi unitsm’humiex jiffunzjonaw. Għalhekk kien deċiż li s-sistema tinbidel kompletament.  Fil-ġimgħat li ġejjin se toħroġ offerta għad-disinn, provista, stallazzjoni u ikkummissjunar ta’ sistema ta’ arja kondizzjonata u stallazzjoni ta’ servizz ta’ ventilazzjoni fis-Sala La Valette.  Kull min jidħol għal din is-sejħa se jintalab jissottometti żewġ offerti – waħda mil-lat tekniku u l-oħra għall-ispejjeż relattivi. Hekk dawk li jagħmlu l-offerti se jkunu liberi li jippreżentaw id-disinn li jidhrilhom xieraq u l-kumitat li jagħti l-kuntratt ikollu quddiemu s-soluzzjonijiet kollha possibbli għal din il-problema delikata.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li x-xogħlijiet li twettqu, jew se jitwettqu fiċ-Ċentru għall-Konferenzi juru l-impenn tal-Gvern li jaħdem biex il-kultura f’pajjiżna tingħata l-importanza li jixirqilha u tinfirex fost l-akbar numru possibli ta’ Maltin. Hu feraħ lill-bord tat-tmexxija taċ-Ċentru għall-ħidma tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow