Left arrow Mur Lura

IBĦRA U XTAJTIET AKTAR INDAF

PR1236
Date Icon 28/07/2004

Meta ghalaq attivita’ ghal Ibhra iktar Indaf, li saret fil-Bajja ta’ San Gorg, f’San Giljan, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern kien kommess li jħares l-ibħra ta’ madwarna u x-xtut ta’ pajjiżna. Hu qal li dan qed isir billi jiġi assigurat li l-kwalita’ ta’ l-ilma baħar tkun waħda li tinkwadra fil-Barcelona Convention Interim Criteria (BCIC) u taħt id-Direttiva rilevanti ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubbliku b’mod regolari jieħu kampjuni ta’ l-ilma baħar minn 87 sit li fihom jsir l-għawm. Hu qal li dan isir tul perijodu ta’ 23 ġimgħa bejn Mejju u Ottubru. Francis Zammit Dimech qal li d-Dipartiment kull sena jipprepara rapport dwar l-istaġun tal-għawm tas-sena ta’ qabel biex il-pubbliku ikun infurmat dwar il-kwalita’ ta’ l-ilma baħar fil-postijiet fejn jista’ jsir l-għawm.  

Il-Ministru qal li minn dawn ir-rapporti joħorġu n-numru ta’ site days fejn il-baħar ma kienx tajjeb għall-għawm. Hu fakkar li dawn is-site days jirrapreżentaw in-numru ta’ siti minn fejn jittieħdu l-kampjuni mmultiplikati bin-numru ta’ ġranet li matulhom l-għawm ma kienx rakkomanat b’mod temporanju. In-numru ta’ site days fejn il-baħar ma kienx tajjeb għall-għawm baqa’ nieżel għal sena waħda wara l-oħra. Hu fakkar li filwaqt li fl-1994 in-numru ta’ jiem li fih siti ma kinux tajbin għal għawm kien ta’ 964, dan niżel għal 497 fl-1995 u baqa’ nieżel għal 56 fl-2001, 11 fl-2002 u 11 fl-2003. Hu qal li dawn kienu riżultati pożittivi li juru l-impenn tal-Gvern li jtejjeb dejjem iżjed il-kwalita’ ta’ l-ibħra madwarna.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li  ħidma oħra kienet qed titwettaq biex jinżammu x-xtut indaf. Hu qal li li minn din is-sena t-taqsima tal-beach cleaners fi ħdan il-Ministeru tieghu kienet qed tnaddaf ix-xtut anke fix-xitwa u qed twettaq ukoll xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni. Hu qal li tqiegħdu wkoll tul ix-xtut mijiet ta’ reċipjenti ġodda għall-ġbir ta’ l-iskart li kienu manifatturati mill-ħaddiema ta’ l-istess taqsima. Id-dehra tax-xtut f’dawn l-aħħar xhur kienet waħda aħjar u dwar dan kellu diversi kummenti favorevoli.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kienet ukoll qed tieħu inizjattivi biex ittejjeb ix-xtut f’pajjiżna. Hu qal li l-kwalita’ tal-bajja ta’ San Ġorġ tjiebet sew permezz tal-kisi tar-ramla b’7,000 tunnellata ta’ ramel li kien impurtat mill-Ġordan kif ukoll permezz ta’ sistema ta’ immanniġġjar tal-bajja li tinkludi superviżjoni 24 siegħa kuljum. Il-kriterji li qed jintużaw għall-immaniġġjar tal-bajja huma dawk ibbażati fuq il-ħtiġiet tal-‘blue flag’.  

Il-Ministru qal li d-dehra ġdida li ngħatat din il-bajja għandha tkun il-kejl li rridu nużaw fl-immaniġġjar ta’ bajjiet oħra f’Malta. Anke f’dan il-każ il-kummenti li kellu kienu pożittivi għaliex għall-ewwel darba – permezz tad-Direttorat għall-Ippjanar tal-Prodott u l-Iżvilupp – kellna bajja immaniġjata fuq livelli li rridu li jkunu kkupjati fil-bajjiet kollha ta’ pajjiżna.  

Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir iħabbar li l-Pollution Control Co-ordinating Unit – it-taqsima biex tiġġieled it-tniġġiż fl-ibħra Maltin – kienet reġgħet ġiet taħt il-Ministeru tiegħu. Hu qal li din it-taqsima – li torganizza wkoll il-kampanji biex jitnaddfu l-bajjiet minn dak li jintefa’ fihom minnnies irresponsabbli – kienet responsabbli biex tnaddaf żjut li jintefgħu fil-baħar u biex tnaddaf skart li jidħol f’wiċċ il-bajjiet. Hu qal li mingħajr il-ħidma ta’ din it-taqsima, wiċċ l-ibħra ma kienx ikun nadif u ma kienx ikun possibbli li ngħumu f’baħar ikħal u mingħajr tniġġiż.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura appella lil kulħadd biex meta jmur jgħum ma jitfax skart fil-baħar. Hu qal li barra milli dan jista’ jkun ta’ periklu għall-għawwiema jagħmel ukoll ħsara lill-ħajja marittima. Hu qal li l-baħar jeħtieġ li nżommuh nadif daqskemm inżommu djarna nodfa. Francis Zammit Dimech irringrazzja li dawk kollha li jagħtu sehemhom biex dawn il-kampanji għal ibħra aktar indaf jirnexxu.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow