BZONN URGENTI SABIEX LABORATORJI MALTIN JINGHATAW CERTIFIKAZZJONI TA’ KREDIBILITA’ U KOMPETENZA
Il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni flimkien mal-Bord ta’ Pariri fuq Akkreditament fi hdan id-Direttorat ta’ Akkreditament ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards approva li jinghata l-akkreditament lil-laboratorju ta’ l-“ Institute of Water Technology ” li jopera fi hdan il-Water Services Corporation.
Dan il-laboratorju Malti, immexxi kompletament minn Management u haddiema Maltin, qed jigi akkreditat, jigifieri lahaq standard internazzjonali – standard li jfisser li l-laboratorju ghandu l-kredibilta’ u l-kompetenza kollha mehtiega biex iwettaq testijiet fuq il-kwalita’ ta’ l-ilma. Dan ifisser ukoll li issa dan il-laboratorju jista’ jistqarr li hu kompetenti daqs laboratorji ohra barranin.
Il-process ta’ akkreditament kien ifisser li l-laboratorju kellu jghaddi minn ezami ghal kompetenza ughal konformita’ biex jissodisfa l-htigijiet ta’ l-istandard internazzjonali MSA ISO/IEC 17025 u regolamenti nazzjonali stabiliti mid-Direttorat ta’ l-Akkreditament ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards. Din il-valutazzjoni tmexxiet minn assessuri esperti u indipendenti li hadmu taht 1-awtorita tad-Direttorat. Waqt il-valutazzjoni gew iccekkjati s-sistema manigerjali tal-laboratorju, il-kompetenza ta’ l-istaff, l-apparat li jintuza biex isiru t-testijiet, il-metodi li jintuzaw, kif ukoll jekk l-ambjent fejn isiru t-testijiet hux adekwat.
Il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, filwaqt li jinsab sodisfatt bil-progress li qed isir ghal dak li ghandu x’jaqsam ma’ kwalita’ ta’ servizzi offruti gewwa Malta, bil-ghan li nirbhu parti ohra mill-isfida kompetitivita’ jappella lil aktar laboratorji sabiex japplikaw ghal dan il-process ta’ certifikazzjoni. “Huwa ta’ importanza nazzjonali li aktar laboratorji
jigu akkreditati – dan ikun ta’ beneficcju kemm ghall-industriji kif ukoll ghal klijenti individwali. Jekk wiehed iqis x’tip ta’ laboratorji hawn fil-pajjiz mill-ewwel wiehed jinduna li kulhadd xi darba jew ohra se jkollu bzonn juza s-servizz ta’ laboratorju,” ikkummenta l-Ministru Censu Galea.
Dawn id-diversi laboratorji jaghmlu xoghol siewi hafna, fosthom:
- testijiet fuq ikel,
- testijiet fuq materjali bhal konkos,
- kalibrar ta' strumenti,
- testijiet fuq demm u testijiet ohra medici,
- testijiet forensici,
- testijiet fuq prodotti biex jigi zgurat li dawn huma ta' kwalita' tajba,
- testijiet li ghandhom x'jaqsmu ma' ambjent bhal testijiet ta' arja u ta' ilma ta' drenagg,
- testijiet li jsiru biex jigi stabillit jekk l-ilma bahar huwiex tajjeb ghall-ghawm u
- testijiet ta' natura ohra.
Id-Direttorat ta’ l-Akkreditament ta’ l-MSA huwa l-uniku Korp Nazzjonali ta’ Akkreditament rikonoxxut f’Malta u l-uniku korp li jista’ johrog certifikati ta’ akkreditament. Dan id-Direttorat huwa membru shih f’ghaqda li tigbor fiha il-Korpi ta’ Akkreditatment kollha Ewropej (European Cooperation for Accreditation). L-ghan ewlieni ta’ din l-ghaqda huwa li jigi iffirmat ftehim maghruf bhala “Multi-Lateral Agreements” fejn kull pajjiz jiddikjara li lest li jaccetta r-rizultati mahruga minn laboratorji akkreditati mill-pajjizi firmatarji. Dan ifisser li jekk ikollna laboratorji akkreditati gewwa Malta ma jkunx hemm bzonn li jsiru testijiet jew kalibrar barra minn Malta u hu ta’ beneficcju kbir ghall-Industrija Maltija.
Il-process ta’ akkreditament huwa wiehed kontinwu, fejn kull sena id-Direttorat jaghmel vizta fuq is-sit biex jizgura li l-laboratorju ghadu jikkonforma fuq bazi permanenti mal-htigijiet ta’ akkreditament u ma l-iStandard.
Ghalhekk huwa ferm importanti li wiehed iserrah mohhu li r-rizultat li jinghata minn laboratorju ikun wiehed ta’ min jorbot fuqu u li hareg minn laboratorju li kellu l-kompetenza li jaghmel dak ix-xoghol. Dan is-serhan ta’ mohh, li juri l-kompetenza ta’ laboratorju, jigi milhuq wara l-process ta’ akkreditament. Ghalhekk hemm bzonn izjed li aktar laboratorji Maltin jghaddu mill-process ta’ akkreditament. Huwa ferm importanti li l-klijenti, kemm jekk organizzazjoni jew persuna individwali, jaghrfu li jaqblilhom juzaw is-servizz ta’ laboratorju akkreditat.
L-akkreditament igib mieghu certi responsabiltajiet fuq il-laboratorju. Izda igib mieghu wkoll numru kbir ta’ beneficcji l-aktar ir-rikonoxxenza li ghandu l-kredibilta’, l-kompetenza u l-professjonalita’ mehtiega u li c-certifikati mahruga jkunu ta’ valur u jkunu rikonnoxxuti mis-suq internazzjonali. Il-process ta’ akkreditament ighin ukoll biex kull sena l-laboratorju ittejjeb l-operat tieghu.
Ta’ min isemmi wkoll li certi Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea jitolbu li laboratorji jkunu akkreditati. Dan l-aktar li jikkoncerna s-settur ta’ l-ikel. Kulhadd jaf kemm huwa mportanti li l-ikel ikun ittestjat sew ghal mard kemm qabel kif ukoll waqt li dan ikun fis-suq. Ghalhekk bhalissa tinhass htiega kbira fil-pajjiz li jkun hawn laboratorju akkreditat li joffri testijiet lil dan is-settur li bhalissa m’hawnx.
Ic-certifikat ta’ akkreditazzjoni gie approvat u ffirmat illum mill-Ministru Censu Galea u l-Inginier Francis Farrugia, Chairman tal-Awtorita’ Maltija tal-Istandards.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en