Left arrow Go Back

POLITIKA BARRANIJA LI TISSARRAF F’GID EKONOMIKU, POLITIKU, SOCJALI U KULTURALI

PR1234
Date Icon 28/07/2004

F’diskors li ghamel fil-bidu ta’ Laqgha Gholja dwar miri strategici tal-politika barranija Maltija, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Michael Frendo qal li dan l-ezercizzju huwa krucjali ghall-pajjizna minhabba li ghandna quddiemna realtajiet godda wara s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. 

Il-Ministru Frendo qal li din ir-realta’ gdida ghandha titqieghed fil-qalba tad-diskussjoni li ghandha twassal ghall-identifikazzjoni tal-miri strategici tal-politika barranija ta’ Malta. Michael Frendo qal li dan l-ezercizzju mhuwiex se jintemm mat-tmiem tal-Laqgha izda se jkompli biex il-politika barranija ta’ Malta tissarraf f’gid ekonomiku, politiku, socjali u kulturali ghall-pajjizna.  

“Malta issa ghandha forum gdid li qatt ma kellha bhalu qabel fejn nistghu nippartecipaw u ninfluwenzaw id-decizjonijiet bi dritt. Malta issa hija pajjiz li jpoggi madwar il-mejda tad-diskussjoni ta’ l-Unjoni Ewropea u allura ghandha rilevanza politika ghal bosta pajjizi ohrajn” sostna l-Ministru Frendo.  

Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin qal li dan id-dritt gdid li kiseb pajjizna mill-1 ta’ Mejju se jiehu hafna mill-energiji taghna biex Malta tkun tista’ tfassal u twettaq l-agenda taghha fl-Unjoni Ewropea. “L-agenda taghna trid titwettaq fil-kuntest ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-kuntest tal-politika barranija Maltija. B’hekk Malta taghti l-kontribut taghha ghall-agenda ta’ l-Unjoni Ewropea” sostna Michael Frendo.  

“Il-Mediterran u l-Ewropa jitimghu ’l xulxin. Permezz tal-politika Mediterranja, Malta zzid il-valur taghha fl-Unjoni Ewropea filwaqt li s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ssahhah il-prezenza u r-rilevanza ta’ pajjizna fil-politika Mediterranja u fir-regjun tal-Mediterran b’mod generali” spjega l-Ministru Frendo.  

Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin spjega li f’dan l-istadju jrid jisma’ l-opinjoni tal-partecipanti fil-Laqgha gholja li l-Ministru sejjhilhom bhala “il-mexxejja tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin”.  

Michael Frendo qal li l-Ambaxxaturi ta’ Malta huma ewlenin fost dawk li ghandhom jikkontribwixxu biex tissawwar il-politika barranija Maltija, flimkien mal-politici u mal-Gvern, minhabba li jinsabu fuq quddiem nett tal-politika barranija permezz tal-prezenza taghhom f’pajjizi ohra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow