FORTI SANT’ANGLU: IL-QOFOL TAR-RIGENERAZZJONI TAL-BIRGU
Il-Forti Sant'Anglu, fil-Birgu, huwa l-aktar binja importanti li hemm fil-Birgu u hu wkoll wiehed mill-akbar attrazzjonijiet li jezistu fil-Kottonera. Meta zar ix-xoghlijiet li qed jitwettqu f’dan il-Forti, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit spjega li bhala tali qed jinghata attenzjoni partikolari mill-esperti li qed ihejju Master Plan ghall-Birgu u li gew kkummissjonanti jippreparaw rapport mill-Progett ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera [CRP]. Il-Master Plan li ghandu jkun lest sa l-ahhar ta’ din is-sena qieghed iqis l-izvilupp tal-Forti Sant’Anglu bhala l-qofol tar-rigenerazzjoni tal-Birgu.
Il-Ministru Ninu Zammit qal li fis-snin sebghin kien sar attentat biex parti mill-Forti ssir lukanda u minhabba f'hekk kienu nbnew xi kmamar mas-swar u f'partijiet ohra tal-Forti, sar swimming poolpropju fis-swar u gew imhawla sigar bhal eucalyptus li huma ta' dannu ghall-flora Maltija. Illum ir-responsabbilta' tal-Forti hija maqsuma bejn l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann li ghandhom parti mill-Forti, il-Konsortium li ghandha progetti fil-Forti u l-Progett tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera [CRP].
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura spjega li bhalissa ghaddej xoghol ta’ tindif estensiv sabiex il-Forti jinghatalu dehra ahjar u l-hsara infrastrutturali li twettqet tigi rrangata u restawrata. Il-hidma li qed ssir bhalissa tikkonsisti fi tlett fazijiet principali. L-ewwel fazi kkonsistiet fi tnehhija ta’ xi kmamar li kienu nbnew mas-sur u postijiet ohra fil-konfini tal-Forti. Fazi ohra hi li jitnehhew numru ta' sigar li qed ikerhu u jaghmlu dannu lis-swar u dawn qedghin jigu mhawwlin f’postijiet pubblici ohra. Flimkien ma’ dan ix-xoghol qed issir ukoll sistema moderna ta’ floodlighting peress li s-sistema li kienet installata fil-passat ma kienitx tajba u fil-fatt l-ewwel parti nxtghelet u qed tiffunzjona tajjeb. Il-Ministru Ninu Zammit kompla jghid li dan ix-xoghol li l-parti l-kbira minnu qieghed isir mid-Divizjoni tax-Xoghlijiet fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura mistenni jitlesta sa nofs April 2004 u n-nefqa totali ser tammonta ghal madwar LM50,000.
Il-Ministru Ninu Zammit kien akkumpanjat mis-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall, mill-Koordinatur Ezekuttiv tal-CRP Dr Ray Bondin u mic-Chairman tal-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera l-Perit Chris Spiteri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en